This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0821
Case C-821/19: Action brought on 8 November 2019 — European Commission v Hungary
Kawża C-821/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
Kawża C-821/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
ĠU C 19, 20.1.2020, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/34 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-821/19)
(2020/C 19/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande, J. Tomkin, u A. Tokár, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
a) |
tiddikjara li l-Ungerija
|
b) |
tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Peress li fl-2015 l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil żdied f’daqqa, l-Ungerija mmodifikat repetutament is-sistema ta’ ażil tagħha. Fl-2018, il-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar id-dritt għall-ażil ġiet immodifikata sostanzjalment. Fl-20 ta’ Ġunju 2018, il-Parlament Ungeriż approva l-az egyes törvényeknek a jogellenes bevándorlás elleni intézkedésekkel kapcsolatos módosításáról szóló, 2018. Évi VI. törvény (il-Liġi VI tal-2018, li temenda ċerti liġijiet b’rabta ma’ miżuri kontra l-immigrazzjoni illegali) u s-seba’ emenda għall-Kostituzzjoni Ungeriża. Dan is-sett ta’ miżuri leġiżlattivi huwa magħruf ukoll bħala l-Liġi “Stop Soros”. Permezz ta’ dawn il-modifiki, iċ-ċirku ta’ nies li jistgħu jibbenefikaw mid-dritt għall-ażil kien iktar ristrett, peress li, skont il-modifika għall-Liġi dwar id-dritt għall-ażil, l-applikazzjoni titqies inammissibbli meta l-applikant jasal fit-territorju tal-Ungerija minn pajjiż fejn ma kienx espost għal persekuzzjoni jew għar-riskju dirett li jiġi ppersegwitat. Il-Büntető Törvénykönyv (il-Kodiċi Kriminali) ġie wkoll modifikat bl-istess mod. Għalhekk, ġiet ikkriminalizzata l-attività li torganizza proċedura ta’ ażil għal persuni li ma humiex ippersegwitati fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, fil-pajjiż tar-residenza abitwali tagħhom jew f’pajjiż ta’ passaġġ [fl-Ungerija] għal raġunijiet ta’ razza, nazzjonalità, sħubija fi grupp soċjali partikolari, reliġjon jew opinjonijiet politiċi, jew li ma għandhomx biża’ fondata li jiġu ppersegwitati direttament.
Wara li kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni adottata fl-2018 tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija. Peress li l-allegazzjonijiet magħmula mill-Ungerija matul il-proċedura amministrattiva preliminari ma jiċċarawx id-dubji tal-Kummissjoni, hija ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.