This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0087
Case C-87/20: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 12 May 2021 (request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof — Germany) — Hauptzollamt B v XY (Reference for a preliminary ruling — Protection of species of wild fauna and flora by regulating trade therein — Regulations (EC) No 338/97 and (EC) No 865/2006 — Sturgeon caviar — Introduction into the customs territory of to the European Union for personal and household effects — Import permit — Derogation — Limit of 125 grams per person — Exceeded — Intention to give as a gift to a third party)
Kawża C-87/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt B vs XY (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom – Regolamenti (KE) Nri 338/97 u 865/2006 – Kavjar tal-isturjun – Introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġetti personali jew domestiċi – Permess ta’ importazzjoni – Deroga – Limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna – Qbiż – Intenzjoni li dan jingħata bħala rigal lil ħaddieħor)
Kawża C-87/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt B vs XY (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom – Regolamenti (KE) Nri 338/97 u 865/2006 – Kavjar tal-isturjun – Introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġetti personali jew domestiċi – Permess ta’ importazzjoni – Deroga – Limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna – Qbiż – Intenzjoni li dan jingħata bħala rigal lil ħaddieħor)
ĠU C 278, 12.7.2021, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt B vs XY
(Kawża C-87/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom - Regolamenti (KE) Nri 338/97 u 865/2006 - Kavjar tal-isturjun - Introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġetti personali jew domestiċi - Permess ta’ importazzjoni - Deroga - Limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna - Qbiż - Intenzjoni li dan jingħata bħala rigal lil ħaddieħor)
(2021/C 278/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hauptzollamt B
Konvenut: XY
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1320/2014 tal-1 ta’ Diċembru 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kavjar tal-isturjun, fil-mument tal-introduzzjoni tiegħu fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, jista’ jitqies bħala “oġġett personali jew domestiku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta huwa intiż li jingħata bħala rigal lil terz, sakemm ebda element ma jindika għan kummerċjali, u jista’ jibbenefika, għalhekk, mid-deroga, prevista fl-imsemmija dispożizzjoni, għall-obbligu għall-importatur tiegħu li jippreżenta permess ta’ importazzjoni. |
2) |
L-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/870 tal-5 ta’ Ġunju 2015, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-kwantità ta’ kavjar tal-isturjun introdott fit-territorju doganali tal-Unjoni teċċedi l-limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna u li l-importatur ma huwiex fil-pussess ta’ permess maħruġ għall-finijiet tal-importazzjoni mwettqa, huwa l-kavjar tal-isturjun kollu importat b’dan il-mod li għandu jiġi kkonfiskat mill-awtorità doganali kompetenti. |