This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XC0727(03)
Publication of the amended single document following the approval of a minor amendment pursuant to the second subparagraph of Article 53(2) of Regulation (EU) No 1151/2012 2022/C 286/13
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 2022/C 286/13
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 2022/C 286/13
C/2022/5385
ĠU C 286, 27.7.2022, p. 54–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/54 |
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
(2022/C 286/13)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.
DOKUMENT UNIKU
“IDIAZABAL”
Nru tal-UE: PDO-ES-0082-AM02-16.2.2021
DOP (X) IĠP
1. Isem
“Idiazabal”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-ġobon “Idiazabal” huwa ġobon ippressat, mhux imsajjar magħmul esklussivament mill-ħalib tan-nagħaġ mhux ipproċessat tar-razez Latxa u Carranzana, u mmaturat għal mill-inqas 60 jum. Il-ġobon għandu l-karatteristiċi li ġejjin: piż bejn minimu ta’ 1 kg u massimu ta’ 3,5 kg, għoli bejn minimu ta’ 8 cm u massimu ta’ 12-il cm u dijametru bejn minimu ta’ 10 cm u massimu ta’ 30 cm. Għandha tkun permessa tolleranza ta’ ±10 % għal kull waħda minn dawn il-karatteristiċi. Il-ġobon jista’ jkun affumikat ukoll.
Mhux permess li tiżdied xi sustanza mal-ħalib, bl-eċċezzjoni ta’ fermenti lattiċi, liżożima, tames u melħ.
Il-ġobon għandu forma ċilindrika, qoxra lixxa u iebsa ta’ kulur isfar ċar jew inkella kannella skura jekk ikun ġobon affumikat. Il-wiċċ (il-kulur u t-toqob fil-ġewwieni) huwa omoġenju, ivarja bejn kulur lewn l-avorju u qamħet il-lewn, bi ftit toqob żgħar b’forma irregolari. Il-konsistenza tal-ġobon hija pjuttost elastika u soda, u xi ftit imrammla. Fejn jidħlu r-riħa u t-togħma, il-ġobon għandu riħa tipikament qawwija ta’ ħalib tan-nagħaġ u ta’ tames, u togħma bbilanċjata u intensa fil-palat, b’noti delikati pikkanti, aċidużi u, meta jkun il-każ, affumikati. Iħalli riħa qawwija li ddum ħafna fil-ħalq wara li jittiekel.
Il-kontenut ta’ xaħam tiegħu ma għandux ikun inqas minn 45 % fil-materja niexfa; it-total ta’ proteina jrid ikun mill-inqas 25 % fil-materja niexfa u l-materja niexfa innifisha trid tkun mill-anqas 55 %. Il-pH tal-prodott irid ikun bejn 4,9 u 5,5.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Għalf: in-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana normalment jitħallew jirgħu kważi matul is-sena kollha. Il-merħliet jitmexxew perjodikament bejn il-qigħan tal-widien u x-xaqlibiet ta’ fuq tal-muntanji, skont l-istaġun. Billi dawn jgħixu prattikament is-sena kollha f’ambjent naturali, in-nagħaġ bażikament jieklu l-veġetazzjoni spontanja tal-boskijiet tal-postijiet baxxi matul ix-xitwa jew inkella tal-mergħat għoljin matul is-sajf. Meta l-kundizzjonijiet fil-mergħat ikunu ħżiena u meta dan ikun rakkomandat minħabba numru ta’ raġunijiet fiżjoloġiċi (it-treddigħ), in-nagħaġ jieklu fil-maqjel.
Materja prima: il-ħalib mhux ipproċessat tan-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana prodott fiż-żona ġeografika identifikata.
Mhux permess li tiżdied xi sustanza mal-ħalib, bl-eċċezzjoni ta’ fermenti lattiċi, liżożima, tames u melħ.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita, jiġifieri il-passi kollha fil-produzzjoni jridu jitwettqu fil-fruntieri tagħha.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar eċċ, tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
Il-ġobon “Idiazabal” jista’ jiġi ppreżentat għall-bejgħ sħiħ jew fi flieli (porzjonijiet).
Il-ġobon “Idiazabal” jew il-porzjonijiet tiegħu, kif applikabbli, irid dejjem jiġi ppakkjat wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tal-ġobon ta’ 60 jum.
Il-ġobon jista’ jinqasam f’porzjonijiet biss u, meta applikabbli, ippakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita. Hemm żewġ raġunijiet għal dan.
L-ewwel, meta l-ġobon jinqasam, mill-inqas żewġt uċuħ tal-flieli jitilfu l-qoxra protettiva tiegħu. Għalhekk, sabiex jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi, meta l-ġobon “Idiazabal” isir disponibbli f’porzjonijiet, il-flieli jridu jiġu ppakkjati ftit wara li jinqasmu.
It-tieni, waħda mill-konsegwenzi tal-qsim f’porzjonijiet tista’ tkun li l-identifikaturi tal-awtentiċità u tal-oriġini tal-prodott jisparixxu jew ma jibqgħux jidhru. Għalhekk, irid jinqasam f’porzjonijiet u jiġi ppakkjat fil-post fejn jiġi prodott biex jiġi żgurat li l-awtentiċità tal-prodott ma tkunx kompromessa.
B’deroga minn dan ta’ hawn fuq, il-ġobon “Idiazabal” jista’ jinqasam f’porzjonijiet fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut dment li dan isir quddiem il-konsumatur fil-ħin tal-bejgħ.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
Il-ġobon “Idiazabal” irid ikollu dawn l-identifikaturi:
— |
Fuq kull ġobna trid titwaħħal tikketta, b’numru tas-serje uniku, fil-fażi tal-iffurmar jew tal-ippressar. It-tikketta għandha tkun fornuta mill-entità tal-ġestjoni. |
— |
It-tikketti użati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon fis-suq iridu jinkludu l-isem u l-logo tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. Għall-ġobon magħmul esklussivament minn ħalib mill-istess azjenda, tista’ tiżdied il-formulazzjoni “baserrikoa — de caserío” [mir-razzett] mal-logo tad-DOP “Idiazabal”. |
— |
It-tikketti li jintużaw għall-ġobon, kemm jekk jitħalla sħiħ jew jekk jinqasam fi flieli, iridu jitwaħħlu fl-azjendi tal-ħalib imniżżla fir-Reġistri tad-DOP, f’konformità mal-liġi Spanjola. |
— |
Il-ġobon irid ikollu tikketta sekondarja, b’numru tas-serje uniku, u kkodifikata skont id-daqs u l-format tal-ġobon li jkun qed jiġi ċċertifikat. It-tikketta sekondarja jrid ikollha l-isem “Idiazabal” u l-logo tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. It-tikketti sekondarji għandhom jiġu fornuti u kkontrollati mill-entità tal-ġestjoni u għandhom ikunu disponibbli, fuq bażi mhux diskriminatorja, għall-operaturi kollha li jitolbuhom u li jissodisfaw it-termini tal-ispeċifikazzjoni. |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinkludi l-ambjenti naturali tan-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana f’Álava, Vizcaya, Guipúzcoa u Navarra, minbarra l-muniċipalitajiet tal-wied ta’ Roncal. Din iż-żona tinsab fit-Tramuntana tal-Peniżola Iberika, bejn il-koordinati 43° 27′ u 41° 54′ fit-Tramuntana, u 1° 05′ u 3° 37′ fil-Punent, skont il-Meridjan ta’ Greenwich.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika:
Hemm evidenza ta’ trobbija tan-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana f’din iż-żona li bejn wieħed u ieħor tmur lura għall-2200 QK. L-adattament ta’ dawn ir-razez għal din iż-żona matul tant snin, jagħmel il-karatteristiċi speċifiċi ta’ din iż-żona ġeografika essenzjali għall-iżvilupp u l-ġestjoni korretti tagħhom. Iż-żona ta’ produzzjoni hija reġjun muntanjuż kumpless ta’ art imħarbta u mhux lixxa, li jagħmel il-komunikazzjoni diffiċli. Dan ikkontribwixxa għall-eżistenza kontinwa tat-trobbija tan-nagħaġ f’ħafna mill-widien u l-muntanji. Il-ħamrija għammiela b’nutrijenti bażiċi u nutrittivi oħra, bl-effetti tal-erożjoni imminimizzati mill-karatteristiċi naturali tal-blat u kultant mill-preżenza ta’ blat karbonat fil-profil tal-ħamrija jagħmlu mergħat eċċellenti. Il-karatteristiċi topografiċi taż-żona jwasslu għal klima li tvarja minn klima tal-Atlantiku għal dik Mediterranja, b’żoni tranżizzjonali kkawżati minħabba l-effett ta’ ostaklu tal-meded ta’ muntanji. Is-sistema tal-mogħdijiet tal-ilma hija estensiva u rikka, bis-saħħa tal-ħafna għoljiet u muntanji u ħafna xita. Hemm żewġ baċiri: dak tal-Kantabrija, li jiġbor l-ilma ta’ Vizcaya, Guipúzcoa u l-widien tat-Tramuntana ta’ Álava u Navarra; u l-Mediterran, li jiġbor l-ilma ta’ Álava, Navarra Media u La Ribera. Fir-rigward tal-flora, hemm ħafna mergħat naturali u bil-ħaxix. Il-kundizzjonijiet favorevoli tal-klima u tal-ħamrija ippermettew li jikbru pjanti igrofili u subigrofili li huma pjanti tipiċi tal-klima oċeanika fil-Pajjiż Bask u fit-Tramuntana ta’ Navarra.
Speċifiċità tal-prodott:
Il-ġobon “Idiazabal” għandu karatteristiċi sensorji distintivi li jiddistingwuh minn ġobon ieħor. Dawn jistgħu jiġu esperjenzati fl-għadd kbir ta’ sfumaturi fir-riħa u fit-togħma tal-prodott; barra minn hekk, għandu konsistenza elastika u mrammla baxxa ħafna sa medja u sodezza medja sa għolja. Il-ġobon iħalli togħma qawwija li ddum ħafna fil-ħalq, b’bilanċ perfett bejn l-aromi tal-ħalib, it-tames u l-laqta tal-inkaljar, li huma l-karatteristiċi sensorjali fundamentali tiegħu, u li huma kkumplimentati minn għadd kbir ta’ sfumaturi fit-togħma u fir-riħa li jagħtuh personalità ġenwina.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott:
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ħalib użat fil-produzzjoni tal-ġobon “Idiazabal” essenzjalment ġejjin mir-razez awtorizzati li minnhom jiġi akkwistat il-ħalib (Latxa u Carranzana). L-adattament ta’ dawn in-nagħaġ għaż-żona ġeografika ddefinita u r-rabta storika bejn l-ambjent, in-nagħaġ u r-rgħajja, joħloq rabtiet permanenti li fil-parti l-kbira jispjegaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon “Idiazabal”. Il-“Latxa” u l-“Carranzana” huma razez ta’ nagħaġ adatti ħafna biex jipprovdu l-ħalib, b’saħħithom u adattati għall-ambjent muntanjuż, għall-kultura Baska tat-trobbija tan-nagħaġ, għat-topografija u għan-natura ekoloġika tal-ħabitat tagħhom.
Barra minn hekk, ir-raġuni għaliex dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin mill-ambjent naturali, li jinbidlu skont l-istaġun, it-tipi ta’ mergħa, il-klima, eċċ., jiġu espressi fil-ġobon “Idiazabal” hija għaliex huwa magħmul b’ħalib mhux ipproċessat li mhux ittrattat bis-sħana. It-tisħin tal-ħalib jikkanċella jew inaqqas l-isfumaturi sensorji li jagħmlu l-prodott tant distintiv u jorbtuh mat-tradizzjonijiet storiċi fiż-żona.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/dop-igp/htm/DOP-Idiazabal-modificacion-menor.aspx