This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CA0104
Case C-104/22, Lännen MCE: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 27 April 2023 (request for a preliminary ruling from the Markkinaoikeus — Finland) — Lännen MCE Oy v Berky GmbH, Senwatec GmbH & Co. KG. (Reference for a preliminary ruling — EU trade mark — Regulation (EU) 2017/1001 — Article 125(5) — International jurisdiction — Infringement action — Jurisdiction of the courts of the Member State in which the act of infringement has been committed or threatened — Advertising displayed by a search engine using a national top-level domain name — Advertising not specifying the geographical area of supply — Factors to be taken into account)
Kawża C-104/22, Lännen MCE: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Markkinaoikeus – il-Finlandja) – Lännen MCE Oy vs Berky GmbH, Senwatec GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 125(5) – Ġurisdizzjoni internazzjonali – Azzjoni għal kontrafazzjoni – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-att ta’ kontrafazzjoni kien twettaq jew fejn teżisti theddida li jitwettaq – Reklamar muri minn magna tat-tiftix li tuża isem ta’ dominju nazzjonali tal-ogħla livell – Reklamar li ma jispeċifikax iż-żona ġeografika tal-kunsinna – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni)

ĠU C 205, 12.6.2023, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Markkinaoikeus – il-Finlandja) – Lännen MCE Oy vs Berky GmbH, Senwatec GmbH & Co. KG
(Kawża C-104/22, Lännen MCE) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 125(5) - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Azzjoni għal kontrafazzjoni - Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-att ta’ kontrafazzjoni kien twettaq jew fejn teżisti theddida li jitwettaq - Reklamar muri minn magna tat-tiftix li tuża isem ta’ dominju nazzjonali tal-ogħla livell - Reklamar li ma jispeċifikax iż-żona ġeografika tal-kunsinna - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni)
(2023/C 205/17)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Markkinaoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lännen MCE Oy
Konvenuti: Berky GmbH, Senwatec GmbH & Co. KG
Dispożittiv
L-Artikolu 125(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
il-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, li jqis li huwa ppreġudikat mill-użu, mingħajr il-kunsens tiegħu, minn terz, ta’ sinjal identiku għal din it-trade mark f’reklamar jew f’offerti għal bejgħ online għal prodotti identiċi jew simili għal dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, jista’ jibda azzjoni għal kontrafazzjoni kontra dan it-terz quddiem qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu konsumaturi u professjonisti mmirati minn dan ir-reklamar jew minn dawn l-offerti għal bejgħ, minkejja l-fatt li l-imsemmi terz ma jelenkax b’mod espliċitu u univokali lil dan l-Istat Membru fost it-territorji li lejhom tista’ ssir kunsinna tal-prodotti inkwistjoni, jekk dan l-istess terz ikun għamel użu minn dan is-sinjal billi wettaq referenzjar bi ħlas fuq is-sit internet ta’ magna tat-tiftix li tuża isem ta’ dominju nazzjonali tal-ogħla livell ta’ dan l-Istat Membru. Għall-kuntrarju, dan ma jkunx il-każ minħabba s-sempliċi fatt li t-terz ikkonċernat ikun wettaq ir-referenzjar naturali ta’ stampi tal-prodotti tiegħu fuq servizz ta’ skambju online ta’ ritratti li jaqgħu taħt dominju ġeneriku tal-ogħla livell, billi uża meta tags li jużaw it-trade mark ikkonċernata bħala kelma prinċipali.