This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0374
Case C-374/23, Adoreikė: Request for a preliminary ruling from the Vilniaus apygardos administracinis teismas (Lithuania) lodged on 13 June 2023 — SR, RB v Lietuvos Respublika
Kawża C-374/23, Adoreikė: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Ġunju 2023 – SR, RB vs Lietuvos Respublika
Kawża C-374/23, Adoreikė: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Ġunju 2023 – SR, RB vs Lietuvos Respublika
ĠU C 304, 28.8.2023, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Ġunju 2023 – SR, RB vs Lietuvos Respublika
(Kawża C-374/23, Adoreikė (1))
(2023/C 304/14)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus apygardos administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SR, RB
Konvenut: Lietuvos Respublika
Domandi preliminari
1) |
Il-valuri tad-demokrazija, tal-Istat tad-dritt, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja, stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u d-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu lill-awtoritajiet leġiżlattivi u eżekuttivi tal-Istati Membri s-setgħa diskrezzjonali illimitata u esklużiva li jiffissaw, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-remunerazzjoni tal-imħallfin f’livell li jiddependi biss mir-rieda tas-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi? |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, kif ukoll dawk tal-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], li jirrigwarda, inter alia, l-indipendenza tal-imħallfin, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-Istati Membri jintroduċu, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, leġiżlazzjoni li tistabbilixxi r-remunerazzjoni tal-imħallfin inqas mir-remunerazzjoni jew mill-onorarji ffissati mill-Istat għall-membri ta’ professjonijiet legali oħra? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.