This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0445
Case C-445/23: Action brought on 17 July 2023 — Republic of Poland v European Parliament and Council of the European Union
Kawża C-445/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2023 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-445/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2023 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 304, 28.8.2023, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/16 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2023 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-445/23)
(2023/C 304/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, bħala aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, fl-intier tagħha, id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 (1); |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 192(2)(c) TFUE billi naqsu milli jadottaw id-deċiżjoni kkontestata abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat, li teħtieġ l-unanimità fil-Kunsill, minkejja l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata taffettwa b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu. |
2. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà fil-qasam tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 194(1)(b) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 194(1)(b) TFEU billi żammew, għas-snin 2024-2030, il-valuri indikati fl-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni 2015/1814 – att li jhedded is-sigurtà tal-enerġija tal-Polonja – mingħajr ma qiesu l-interessi tal-Istati Membri individwali li jistgħu jiġu affettwati u mingħajr ma bbilanċjaw l-interessi tagħhom mal-interessi tal-Unjoni. |
3. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 3(1) u (3) TUE permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2023/852, li tnaqqas il-benesseri tal-popli tal-Unjoni u l-koeżjoni soċjali fost l-Istati Membri Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 3(1) u (3) TUE billi adottaw id-Deċiżjoni 2023/852, li tista’ twassal għal tnaqqis fl-impjiegi fil-minjieri u żieda fil-qgħad u, bħala riżultat, għal inugwaljanza soċjali ikbar bejn l-Istati Membri u żieda fl-esklużjoni soċjali. |
4. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 13(2) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2015/1814, permezz ta’ evalwazzjoni tal-impatt inadegwata, kif ukoll fuq il-ksur allegat tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (l-Artikolu 5(4) TUE) Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 13(2) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2015/1814, billi adottaw id-Deċiżjoni 2023/852 abbażi ta’ evalwazzjoni tal-impatt mhux kompluta, skaduta u żbaljata li tħejjiet bl-użu ta’ data li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-attakk armat tar-Russja fuq l-Ukraina u l-kriżi tal-enerġija li rriżultat minn dan. L-istituzzjonijiet konvenuti aġixxew ukoll bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (l-Artikolu 5(4) TUE) billi żammew, għas-snin 2024-2030, il-valuri indikati fl-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni 2015/1814, mingħajr ma wettqu analiżijiet affidabbli li jiġġustifikaw tali deċiżjoni. |