This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0451
Case C-451/23: Action brought on 18 July 2023 — Republic of Poland v European Parliament and Council of the European Union
Kawża C-451/23: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2023 – Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-451/23: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2023 – Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 304, 28.8.2023, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/18 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2023 – Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-451/23)
(2023/C 304/21)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u r-Regolament (UE) 2018/1999 (1) |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu192(2)(c) TFUE peress li ma adottawx id-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq ta’ dak it-Trattat, li tirrikjedi l-unanimità fil-Kunsill, filwaqt li d-deċiżjoni kkontestata taffettwa b’mod sinifjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu. |
2. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika, previst fl-Artikolu 194(1)(b)TFUE. Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 194(1)(b) TFUE peress li għollew il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni għal 40 % kif ukoll il-miri individwali ta’ tnaqqis tal-Istati Membri, fatt li jhedded is-sigurtà tal-enerġija tal-Polonja, għaliex l-interessi partikolari tal-Istati Membri li jistgħu jiġu affettwati ma jiġux ikkunsidrati u mingħajr ma jiġu bbilanċjati l-interessi ta’ dawn tal-aħħar ma’ dawk tal-Unjoni. |
3. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 5(4) TUE Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li żiedu l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni għal 40 % kif ukoll il-miri ta’ tnaqqis tal-Istati Membri individwali fuq il-bażi ta’ analiżi żbaljata fl-evalwazzjoni tal-effetti, li ma kinitx kompluta, kien fiha żbalji u kienet ibbażata fuq data skaduta. |
4. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) TUE Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali billi ddefinixxew, fir-Regolament 2023/857, miri ta’ tnaqqis fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni soċjali, ekonomika u politika li ma kinitx għadha attwali u billi injoraw il-kapaċitajiet reali tal-Istati Membri. |