This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TA0358
Case T-358/20: Judgment of the General Court of 12 July 2023 — Net Technologies Finland v REA (Arbitration clause — Seventh Framework Programme for research, technological development and demonstration activities (2007-2013) — Personnel costs — Reimbursement of sums paid — Eligibility of costs relating to in-house consultants — Burden of proof)
Kawża T-358/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Net Technologies Finland vs REA (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Spejjeż tal-persunal – Rimbors tas-somom imħallsa – Eliġibilità ta’ spejjeż relatati ma' konsulenti interni – Oneru tal-prova”)
Kawża T-358/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Net Technologies Finland vs REA (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Spejjeż tal-persunal – Rimbors tas-somom imħallsa – Eliġibilità ta’ spejjeż relatati ma' konsulenti interni – Oneru tal-prova”)
ĠU C 304, 28.8.2023, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Net Technologies Finland vs REA
(Kawża T-358/20) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Spejjeż tal-persunal - Rimbors tas-somom imħallsa - Eliġibilità ta’ spejjeż relatati ma' konsulenti interni - Oneru tal-prova”)
(2023/C 304/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Net Technologies Finland Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn M. Le Berre, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrenti titlob dikjarazzjoni, minn naħa, li l-ispejjeż relatati mal-konsulenti interni huma eliġibbli u, min-naħa l-oħra, li t-talba għar-rimbors tal-ammonti ta’ EUR 171 342,97 u EUR 17 134,30 għal, rispettivament, kontribuzzjoni inġustifikata u ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa hija infondata.
Dispożittiv
1) |
L-ispejjeż tal-konsulenti interni, miċħuda mill-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka (REA) għal ammont ta’ EUR 184 642,84, jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli taħt il-ftehim ta’ sussidju, li għandu r-referenza FP7SEC2012312484, konkluż bil-ħsieb tat-twettiq tal-“Inter System Interoperability for Tetra – TetraPol Networks”. |
2) |
In-noti ta’ debitu Nru 3242005825, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 171 342,97 għal kontribuzzjoni inġustifikata, u Nru 3242005872, għall-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 17 134,30 għal kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa mir-REA, huma infondati. |
3) |
Ir-REA hija kkundannata tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji |