This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0395
Case T-395/23: Action brought on 13 July 2023 — Eckes-Granini Group and International Beer Breweries v EUIPO — Capri Sun (PRISUN)
Kawża T-395/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2023 – Eckes-Granini Group u International Beer Breweries vs EUIPO – Capri Sun (PRISUN)
Kawża T-395/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2023 – Eckes-Granini Group u International Beer Breweries vs EUIPO – Capri Sun (PRISUN)
ĠU C 304, 28.8.2023, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/30 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2023 – Eckes-Granini Group u International Beer Breweries vs EUIPO – Capri Sun (PRISUN)
(Kawża T-395/23)
(2023/C 304/37)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja), International Beer Breweries Ltd (Ashkelon, l-Iżrael) (rappreżentant: J. Wachsmuth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Capri Sun AG (Zug, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikanti għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “PRISUN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 228 012
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2023 fil-Każ R 1057/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Capri Sun AG; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |