This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007E0807
Council Joint Action 2007/807/CFSP of 6 December 2007 amending Joint Action 2005/889/CFSP on establishing a European Union Border Assistance Mission for the Rafah Crossing Point (EU BAM Rafah)
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/807/PESK tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/807/PESK tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
ĠU L 323, 8.12.2007, p. 53–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 323/53 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/807/PESK
tas-6 ta’ Diċembru 2007
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (1). |
(2) |
Fit-18 ta' Ġunju 2007, il-Kunsill approva Linji Gwida għall-Istruttura ta' Kmand u Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili ta' l-UE fl-Immaniġġar ta' Kriżijiet. Dawn il-Linji Gwida notevolment jipprevedu li Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili ser jeżerċita kmand u kontroll f'livell strateġiku għall-ippjanar u t-tmexxija ta' l-operazzjonijiet kollha ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-PESK. Dawn il-Linji Gwida jipprevedu ulterjorment li d-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' l-Ippjanar u t-Tmexxija stabbilita fis-Segretarjat tal-Kunsill, ser ikun il-Kmandant ta' l-Operazzjonijiet Ċivili għal kull operazzjoni ċivili ta' maniġġar ta' kriżijiet. |
(3) |
Huwa meħtieġ li l-Istruttura ta' Kmand u Kontroll imsemmija hawn fuq tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. |
(4) |
Il-Kapaċità ta' l-Għassa stabbilita fis-Segretarjat tal-Kunsill għandha tiġi attivata għall-Missjoni. |
(5) |
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 4a Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili 1. Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' l-Ippjanar u t-Tmexxija għandu jkun il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għall-EU BAM Rafah. 2. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, għandu jeżerċita kmand u kontroll ta' l-EU BAM Rafah fil-livell strateġiku. 3. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta' istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni. 4. Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istat emittenti jew ta' l-istituzzjoni ta' l-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili. 5. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza ta' l-UE jiġi attwat b'mod xieraq. 6. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali ta' l-UE għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.”. |
(2) |
L-Artikoli 5(2) sa (5) għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-missjoni fuq il-post ta' l-operazzjoni. 3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, r-riżorsi u l-informazzjoni li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-missjoni. 4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jagħti istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-missjoni, għat-tmexxija effettiva ta' l-EU BAM Rafah fil-post ta' l-operazzjoni, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha, billi jimxi fuq l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili. 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni. 6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali konċernati jew mill-istituzzjoni konċernata ta' l-UE. 7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EU BAM Rafah fiż-żona ta' l-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni. 8. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif xieraq, ma' atturi ta' l-UE oħrajn fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għall-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-Rappreżentant Speċjali ta' l-UE.”. |
(3) |
L-Artikolu 7(5) għandu jinbidel b'dan li ġej: “5. Il-persunal kollu għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill (*). (*) ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).”." |
(4) |
L-Artikolu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 9 Linja ta' Kmand 1. L-EU BAM Rafah għandu jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet. 2. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-EU BAM Rafah. 3. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, huwa l-kmandant ta' l-EU BAM Rafah f'livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku. 4. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli. 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq l-EU BAM Rafah fuq il-post ta' l-operazzjoni u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.”. |
(5) |
L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 10 Kontroll politiku u direzzjoni strateġika 1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan skond l-Artikolu 25 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat għall-ħatra ta' Kap tal-Missjoni, fuq proposta mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, u għall-emendar ta' l-OPLAN. Għandha tinkludi wkoll is-setgħat li sussegwentement jittieħdu deċiżjonijiet rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat ta' deċiżjoni fir-rigward ta' l-objettivi u t-tmiem tal-missjoni għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill. 2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari. 3. Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.”. |
(6) |
L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 12 Sigurtà 1. Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta' sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tagħhom għall-EU BAM Rafah skond l-Artikoli 4a u 9, f'koordinazzjoni ma' l-Uffiċċju ta' Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (l-Uffiċċju ta' Sigurtà tas-SĠK). 2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà ta' l-operazzjoni u sabiex jiżgura konformità ma' rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skond il-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat u d-dokumenti ta' sostenn tiegħu. 3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Kap tas-Sigurtà (UKS), li jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib ma' l-Uffiċċju ta' Sigurtà tas-SĠK. 4. Il-persunal ta' l-EU BAM Rafah għandu jagħmel taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, f'konformità ma' l-OPLAN. Għandu jingħata taħriġ regolari ta' aġġornament organizzat mill-UKS fuq il-post ta' l-operazzjoni.”. |
(7) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 15a Għassa Il-Kapaċità ta' l-Għassa għandha tiġi attivata għall-EU BAM Rafah.”. |
(8) |
Għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej lill-Artikolu 18: “Id-Deċiżjonijiet tal-KPS skond l-Artikolu 10(1) fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.”. |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
A. COSTA
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.