This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1249
Commission Implementing Regulation (EU) No 1249/2011 of 29 November 2011 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2011 tad- 29 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2011 tad- 29 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 319, 2.12.2011, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2011
tad-29 ta’ Novembru 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fi ħdan il-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
Apparat portabbli li jaħdem bil-batteriji, biex jiġi rrekordjat il-vidjow, b’dimensjonijiet ta’ madwar 10 × 5,5 × 2 ċm (hekk imsejjaħ “pocket sized video recorder”) li jikkonsisti f’:
L-apparat huwa kapaċi biss li jirrekordja l-fajls tal-vidjow fil-forma ta’ sekwenzi ta’ stampi fil-format ta’ MPEG4-AVI. Il-vidjow huwa rikordjat b’riżoluzzjoni ta’ 640 × 480 pixels bi 30 frame kull sekonda għal massimu ta’ sagħtejn. Is-sekwenzi tal-vidjow rekordjati mill-apparat jistgħu jiġu trasferiti f’magna awtomatika għall-iproċessar tad-dejta (ADP), permezz ta’ interface tal-USB, mingħajr ma jiġi modifikat il-format tal-fajls tal-vidjow, jew għal rekorder tal-vidjow diġitali, moniter jew sett tat-televixin permezz ta’ interface AV. Il-fajls tal-vidjow jistgħu jiġu trasferiti għall-apparat minn magna ADP, permezz ta’ interface USB. |
8525 80 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 99 . Minħabba li l-apparat huwa kapaċi biss li jirrekordja l-vidjow, il-klassifikazzjoni bħala kamera diġitali taħt il-kodiċi NM 8525 80 30 hija eskluża. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, l-apparat huwa rikorder bil-kamera tal-vidjow. Minħabba li l-apparat huwa kapaċi jirrekordja fajls tal-vidjow minn sorsi oħra apparti dawk inkorporati f’kamera tat-televixin, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8525 80 91 bħala rikorders bil-kamera tal-vidjow li huma kapaċi biss li jirrekordjaw ħoss u stampi meħuda minn kamera tat-televixin, hija eskluża. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8525 80 99 bħala rikorders tal-kamera tal-vidjow oħra. |