This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1086
Commission Implementing Regulation (EU) No 1086/2013 of 30 October 2013 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Raschera (PDO)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2013 tat- 30 ta’ Ottubru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Raschera (IOP)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2013 tat- 30 ta’ Ottubru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Raschera (IOP)]
ĠU L 293, 5.11.2013, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1086/2013
tat-30 ta’ Ottubru 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Raschera (IOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Raschera”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (2). |
(2) |
Minħabba li l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53 paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(2), point (a), tar-Regolament imsemmi (3). |
(3) |
Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha għalhekk tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.
(2) ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.
(3) ĠU C 109, 16.4.2013, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.3. Ġobnijiet
L-ITALJA
Raschera (IOP)