This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1335
Council Implementing Decision (CFSP) 2015/1335 of 31 July 2015 implementing Decision 2012/642/CFSP concerning restrictive measures against Belarus
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1335 tal-31 ta' Lulju 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1335 tal-31 ta' Lulju 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
ĠU L 206, 1.8.2015, p. 64–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/64 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1335
tal-31 ta' Lulju 2015
li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK, li timponi miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. |
(2) |
Il-Kunsill iqis li 24 persuna għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b'dan emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
ANNESS
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fit-Taqsima A “Persuni” tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:
1. |
Ablameika, Siarhei Uladzimiravich |
5. |
Alpeeva, Tamara Mikhailauna |
6. |
Ananich, Alena Mikalaeuna |
13. |
Balauniou, Mikalai Vasilievich |
15. |
Baranouski, Andrei Fiodaravich |
19. |
Batura, Mikhail Paulavich |
32. |
Charniak, Alena Leanidauna |
39. |
Dubinina/Rouda, Zhanna Piatrouna |
56. |
Husakova, Volha Arkadzieuna |
106. |
Kuzniatsova, Natallia Anatolieuna |
109. |
Laptseva, Alena Viacheslavauna |
126. |
Maltsau, Leanid Siamionavich |
130. |
Merkul, Natallia Viktarauna |
140. |
Niavyhlas, Henadz Mikalaevich |
144. |
Padhaiski, Henadz Danatavich |
145. |
Paluyan, Uladzimir Mikalaevich |
149. |
Piatkevich, Natallia Uladzimirauna |
150. |
Poludzen, Iauhen Iauhenavich |
151. |
Prakopau, Yury Viktaravich |
160. |
Rubinau, Anatol Mikalaevich |
203. |
Tselitsa, Lidziia Fiodarauna |
213. |
Varenik, Natallia Siamionauna |
215. |
Vasilieu, Aliaksei Aliaksandravich |
231. |
Ziankevich, Valiantsina Mikalaeuna |