This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1477
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1477 of 11 August 2017 amending Regulation (EC) No 1051/2009 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1477 tal-11 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1051/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1477 tal-11 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1051/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2017/5725
ĠU L 211, 17.8.2017, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1477
tal-11 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1051/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1051/2009 (2), il-Kummissjoni kklassifikat vettura ġdida b'erba' roti deskritta fl-ewwel kolonna tat-tieni punt tat-tabella tal-Anness ta' dak ir-Regolament skont il-kodiċi NM 8701 90 90. |
(2) |
Fil-Kawża C-91/15 Kawasaki (3), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-punt 2 tat-tabella tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1051/2009 mhuwiex validu sa fejn dan jikklassifika l-vettura inkwistjoni fis-subintestatura 8701 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 (5), u mhux skont is-subintestaturi 8701 90 11 sa 8701 90 39 ta' dik in-Nomenklatura Magħquda. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet li ma għadhomx applikabbli jitneħħew mill-ordni legali tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjoni li ġiet iddikjarata bħala mhux valida titħassar sabiex jiġu evitati diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni tariffarja ta' ċerti vetturi u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fi ħdan l-Unjoni. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1051/2009 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1051/2009, il-punt 2 jitħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1051/2009 tat-3 ta' Novembru 2009 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 290, 6.11.2009, p. 56).
(3) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Settembru 2016, Kawasaki Motors Europe, C-91/15, ECLI:UE:C:2016:716.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta' Settembru 2009 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 287, 31.10.2009, p. 1).