This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1795R(01)
Corrigendum to Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1795 of 5 October 2017 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of certain hot-rolled flat products of iron, non-alloy or other alloy steel originating in Brazil, Iran, Russia and Ukraine and terminating the investigation on imports of certain hot-rolled flat products of iron, non-alloy or other alloy steel originating in Serbia (OJ L 258, 6.10.2017)
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta' Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017)
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta' Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017)
C/2017/8303
ĠU L 319, 5.12.2017, p. 81–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/81 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta' Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 258 tas-6 ta' Ottubru 2017 )
F'paġna 122, l-Artikolu 1(4),
minflok:
“4. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun id-dazju fiss kif stabbilit fit-tabella hawn taħt.”,
aqra:
“4. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-paragrafu 3 għandu jkun id-dazju fiss kif stabbilit fit-tabella hawn taħt:”;
F'paġna 122, l-Artikolu 1(5):
minflok:
“5. Għall-produtturi msemmija individwalment u fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha l-ħsara qabel tidħol fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għaldaqstant, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jiġi mqassam biex jiġi ddeterminat il-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*1), ir-rata tad-dazju definittiv, ikkalkulat abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas. Id-dazju pagabbli mbagħad għandu jkun id-differenza bejn ir-rata imnaqqsa tad-dazju definittiv u l-prezz nett imnaqqas, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel l-iżdoganar tal-merkanzija.''
aqra:
“5. Għall-produtturi msemmija individwalment u fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha l-ħsara qabel tidħol fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għaldaqstant, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jiġi mqassam biex jiġi ddeterminat il-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*2), ir-rata tad-dazju definittiv, ikkalkulat abbażi tal-paragrafu 3 hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas. Id-dazju pagabbli mbagħad għandu jkun id-differenza bejn ir-rata imnaqqsa tad-dazju definittiv u l-prezz nett imnaqqas, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel l-iżdoganar tal-merkanzija.
F'paġna 122, l-Artikolu 1(6):
minflok:
“6. Għall-kumpaniji l-oħrajn kollha u f'każijiet fejn il-merkanzija saritilha ħsara qabel ma daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament (UE) 2015/2447, l-ammont tar-rata tad-dazju antidumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 3 hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.”,
aqra:
“6. Għall-kumpaniji l-oħrajn kollha u f'każijiet fejn il-merkanzija saritilha ħsara qabel ma daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-ammont tar-rata tad-dazju antidumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 4 hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.”.