This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1203
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1203 of 21 June 2023 amending Implementing Regulations (EU) 2018/2019 and (EU) 2020/1213 as regards certain plants for planting of Malus domestica originating in the United Kingdom
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1203 tal-21 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mir-Renju Unit
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1203 tal-21 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mir-Renju Unit
C/2023/3967
ĠU L 159, 22.6.2023, p. 65–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/65 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1203
tal-21 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mir-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskji, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
(2) |
Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati proviżorjament 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Wieħed mill-ġeneri elenkati huwa Malus Mill. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (3) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, iżda r-riskji fitosanitarji tagħhom għadhom ma ġewx ivvalutati bis-sħiħ. Dan għaliex wieħed jew aktar mill-pesti li jgħixu f’dawk il-pjanti għadhom mhumiex inklużi fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (4), iżda jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu inklużi wara valutazzjoni tar-riskji sħiħa oħra. |
(4) |
Fis-17 ta’ Settembru 2021, ir-Renju Unit (5) ressaq talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ dan li ġej: tilqim u rimi bl-għejun mingħajr weraq tal-Malus domestica li ma jkollux aktar minn sena; pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica ta’ mhux aktar minn 7 snin, inattivi, bl-għeruq mikxufin mingħajr weraq; u pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica ta’ mhux aktar minn 7 snin f’materjal għat-tkabbir (“il-pjanti rilevanti”). Dik it-talba kienet sostnuta mid-dossier tekniku rilevanti. |
(5) |
Fid-29 ta’ Marzu 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji tal-pjanti rilevanti li joriġinaw mir-Renju Unit (6). L-Awtorità identifikat lil Colletotrichum aenigma, Meloidogyne mali, Eulecanium excrescens, Takahashia japonica, il-virus tar-ringspot tat-tabakk, il-virus tar-ringspot tat-tadam u Erwinia amylovora bħala pesti rilevanti għal dawn il-pjanti. |
(6) |
L-Awtorità evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji deskritti fid-dossier għal Colletotrichum aenigma, Meloidogyne mali, Eulecanium excrescens, Takahashia japonica, il-virus tar-ringspot tat-tabakk, u l-virus tar-ringspot tat-tadam, u stmat il-probabbiltà li l-“pjanti rilevanti” jkunu ħielsa minn dawk il-pesti. Ikkonkludiet li l-probabbiltà li “l-pjanti rilevanti” jkunu ħielsa minn dawk il-pesti hija għolja. Fir-rigward tal-Erwinia amylovora, l-Awtorità evalwat jekk ir-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żoni protetti speċifikati, elenkati fil-punt 9 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072, tal-pjanti Malus Mill., għajr il-frott u ż-żrieragħ, humiex issodisfati. Ikkonkludiet li r-Renju Unit jissodisfa dawk ir-rekwiżiti speċjali. |
(7) |
Abbażi ta’ dik l-opinjoni, huwa kkunsidrat li r-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti rilevanti jitnaqqas għal livell aċċettabbli, dment li jiġu applikati miżuri xierqa li jindirizzaw ir-riskju ta’ pesti relatati ma’ dawk il-pjanti. |
(8) |
Il-miżuri deskritti mir-Renju Unit fid-dossier tekniku huma kkunsidrati suffiċjenti biex ir-riskju mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti rilevanti jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fih. |
(9) |
Konsegwentement, il-pjanti rilevanti jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat kif xieraq. |
(11) |
L-Erwinia amylovora hu elenkat bħala pest ta’ kwarantina f’żona protetta, għal ċerti żoni protetti, u bħala pest irregolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni għall-bqija tat-territorju tal-Unjoni, fl-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 rispettivament. Hemm fis-seħħ rekwiżiti speċjali fil-punt 9 tal-Anness X ta’ dak ir-Regolament, biex jipprevjenu d-dħul u t-tixrid tal-pest fiż-żoni protetti speċifikati. Il-virus tar-ringspot tat-tabakk, u l-virus tar-ringspot tat-tadam huma elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
(12) |
Colletotrichum aenigma, Eulecanium excrescens, Takahashia japonica għadhom mhumiex inklużi fil-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Jeħtieġ li ssir disponibbli l-valutazzjoni tar-riskji kompluta dwar dawk il-pesti, sabiex jiġi stabbilit jekk dawk il-pesti jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jiġu elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u biex il-pjanti rilevanti, li joriġinaw mir-Renju Unit, jiġu elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, flimkien mal-miżuri rispettivi. |
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jiġi emendat kif xieraq. |
(14) |
Meloidogyne mali mhuwiex inkluż fil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni. Analiżi tar-riskju ta’ pesti għal dak il-pest ġiet ippubblikata mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO) f’Settembru 2017 (7). Abbażi ta’ diskussjonijiet mal-Istati Membri, ġie konkluż li l-pest ma jenħtieġx li jiġi rregolat bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni u lanqas bħala pest irregolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni, minħabba li għalkemm il-pest kien preżenti f’ċerti Stati Membri għal żmien twil mingħajr miżuri ta’ kontroll uffiċjali, l-impatt tiegħu f’dawk l-Istati Membri huwa meqjus baxx. Għal dawn ir-raġunijiet, ma huma meħtieġa l-ebda rekwiżiti tal-importazzjoni fir-rigward ta’ dak il-pest. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(5) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-att, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(6) EFSA PLH Panel (EFSA Panel on Plant Health), 2022. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Malus domestica plants from United Kingdom. EFSA Journal 2023; 21(5):8002.
(7) EPPO (2017) Pest risk analysis for Meloidogyne mali. EPPO, Pariġi. Disponibbli fuq http://www.eppo.int/QUARANTINE/Pest_Risk_Analysis/PRA_intro.htm u https://gd.eppo.int/taxon/MELGMA.
ANNESS I
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella fil-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata “ Malus Mill.” hija sostitwita b’dan li ġej:
“Malus Mill., għajr:
— |
pjanti għat-tħawwil imlaqqma tal-Malus domestica ta’ bejn sena u sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, li joriġinaw mis-Serbja; |
— |
pjanti għat-tħawwil imlaqqma tal-Malus domestica ta’ mhux aktar minn 3 snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, li joriġinaw mill-Moldova; |
— |
salvaġġ tal-Malus domestica ta’ mhux aktar minn 3 snin, bl-għeruq mikxufin, inattiv, mingħajr weraq, li joriġina mill-Ukrajna; |
— |
pjanti għat-tħawwil imlaqqma tal-Malus domestica ta’ mhux aktar minn 3 snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, li joriġinaw mill-Ukrajna; |
— |
biċċiet tal-Malus domestica ta’ mhux aktar minn sena mingħajr weraq, li joriġinaw mir-Renju Unit; u |
— |
pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica ta’ mhux aktar minn 7 snin, li joriġinaw mir-Renju Unit”. |
ANNESS II
Fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara “ Ligustrum delavayanum u Ligustrum japonicum, pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 20 sena f’materjal għat-tkabbir, b’dijametru massimu ta’ 18-il cm fil-bażi taz-zokk.”:
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra |
Kodiċi NM |
Pajjiżi terzi ta’ oriġini |
Miżuri |
||||||||||||||||||||
“Malus domestica:
|
ex 0602 10 90 ex 0602 20 20 ex 0602 20 80 |
Ir-Renju Unit |
|