This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1130
Council Implementing Regulation (EU) 2020/1130 of 30 July 2020 implementing Article 21(2) of Regulation (EU) 2016/44 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ST/9547/2020/INIT
ĠU L 247, 31.7.2020, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1130
tat-30 ta’ Lulju 2020
li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ jinżammu, u li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna waħda għandha tiġi aġġornata. |
(4) |
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrata 18 hija sostitwita b’dan li ġej:
“18. |
GHWELL, Khalifa magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa AL-GHAWAIL, Khalifa GHAWIL, Khalifa Mohamed |
Data tat-twelid: l-1 ta’ Jannar 1956 jew l-1 ta’ Jannar 1951 Post tat-twelid: Misurata, il-Libja Nazzjonalità: Libja Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ April 2015, skada fil-11 ta’ April 2017 u J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta’ Ġunju 2024 Sess: raġel Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya |
Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Fis-7 ta’ Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta’ 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta’ gvern ta’ unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-GNC Nuri Abu Sahmain. Bħala ‘Prim Ministru’ tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fil-15 ta’ Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta’ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-GNC ta’ Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta’ kull membru tat-Tim ta’ Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b’Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli. Fil-31 ta’ Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru għad-Difiża’ tal-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA. |
1.4.2016”. |