This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2398
Council Implementing Decision (CFSP) 2022/2398 of 8 December 2022 implementing Decision 2010/788/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in the Democratic Republic of the Congo
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2398 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2398 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ST/14926/2022/INIT
ĠU L 316I, 8.12.2022, p. 7–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 316/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2398
tat-8 ta’ Diċembru 2022
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b'reazzjoni għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut miegħu fir- Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali. |
(3) |
Wara evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi rilevanti u fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fir-RDK, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu tmien persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
V. RAKUŠAN
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336I, 12.12.2016, p. 7).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A ("Persuni") tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
"10 |
Ruvugayimikore PROTOGÈNE |
magħruf ukoll bħala Ruhinda, Gaby Ruhinda, Zorro Midende Data tat-twelid: 1968 jew 1969 Sess: Raġel Funzjoni jew Professjoni: Mexxej tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda-Forces Combattantes Abacunguzi (FLDR-FOCA); Mexxej tal-grupp Maccabé (li qabel kien magħruf bħala l-Commando de recherche et d'action en profondeur (CRAP)) tal-FDLR-FOCA |
Ruvugayimikore Protogène huwa mexxej tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar--Rwanda - Forces Combattantes Abacunguzi (FDLR-FOCA), grupp armat nongovernattiv li jopera fil-parti tal-Lvant tar-RDK. Huwa jmexxi, b'mod partikolari, il-grupp Maccabé (li qabel kien magħruf bħala l-Commando de recherche et d'action en profondeur (CRAP)) tal-FDLRFOCA. L-FDLR-FOCA, inkluż il-grupp Maccabé, jikkontribwixxi għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b'mod partikolari permezz ta' vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż attakki fuq persuni ċivili, qtil, vjolenza kontra t-tfal, stupri u atti oħra ta' vjolenza sesswali. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-FDLR-FOCA, Ruvugayimikore Protogène kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK |
8.12.2022 |
11 |
Meddie NKALUBO |
magħruf ukoll bħala Mohammed Ali Nkalubo, Abul Jihad; Punny Boy Data tat-twelid: 1991, 1992 jew 1993 Nazzjonalità: Ugandiża Sess: Raġel Funzjoni jew professjoni: Mexxej għoli tal- Forzi Demokratiċi Alleati |
Meddie Nkalubo huwa mexxej għoli tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat mhux governattiv li jopera fl-Uganda u fil-parti tal-Lvant tar-RDK. Huwa ġie identifikat bħala persuna b’diversi responsabbiltajiet fl-ADF, fosthom il-komunikazzjoni u l-propaganda, ir-reklutaġġ, il-fabbrikazzjoni ta' armi, u relazzjonijiet mill-qrib mal-ISIL (Da'esh). L-ADF jikkontribwixxu għall-konflitt armat, l-instabbilità u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK (b'mod partikolari fil-provinċji ta' Ituri u ta' Kivu tat-Tramuntana), partikularment permezz ta' vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż attakki kontra persuni ċivili, qtil u ħtif. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija għolja tiegħu u d-diversi responsabbiltajiet tiegħu fl-ADF, Meddie Nkaluba huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’sigurtà fir-RDK. |
8.12.2022 |
12 |
Justin BITAKWIRA |
magħruf ukoll bħala Bihona-Hayi Data tat-twelid: 5.12.1960 Post tat-twelid: Lemera, RDK Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel Funzjoni jew professjoni: Politiku, eks Ministru Nazzjonali u President tal-Alleanza għar-Repubblika u l-Kuxjenza Nazzjonali. |
Justin Bitakwira huwa politiku Kongoliż, eks Ministru tal-gvern u membru tal-partit politiku "Unjoni għan-Nazzjon Kongoliż". Fid-diskorsi pubbliċi tiegħu, huwa ripetutament inċita l-vjolenza u ħeġġeġ id-diskriminazzjoni u l-ostilità lejn il-komunità ta' Banyamulenge, li sfat fil-mira u ġiet attakkata minn gruppi armati. Dawk id-diskorsi u n-narrattivi xewwiexa jikkontribwixxu biex jalimentaw il-konflitt u l-vjolenza fir-RDK, b'mod partikolari fir-reġjun ta' Hauts-Plateaux ikkaratterizzat minn konflitti interkomunali. Għalhekk Justin Bitakwira huwa responsabbli għas-sosteniment tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK permenzz tal-inċitament għall-vjolenza |
8.12.2022 |
13 |
Joseph Nganzo Olikwa TIPI |
magħruf ukoll bħala: Colonel Tipi Ziro Ziro, Joseph Ngadjole, Joseph Nganzole Olikwa Data tat-twelid: 10.11.1977 Post tat-twelid: Bunia Fataki, RDK Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel Grad: Kurunell tal-FARDC Pożizzjoni: Viċi Kmandant tat-12-il Brigata ta' Reazzjoni Rapida f'Minembwe, eks Kmandant tat-312-il battaljun tal-31 Brigata tad-Difiża Ewlenija Numru tal-karta tal-identità militari: 1-77-96-32692-76 |
Joseph Nganzo Olikwa Tipi kien il-Kmandant tat-312-il battaljun tal-31 Brigata tad-Difiża Ewlenija tal-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC) sa Jannar 2022. Il-forzi tat-312-il battaljun taħt il-kmand u r-responsabbiltà tiegħu wettqu attakki fuq persuni ċivili u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari stupri ta' nisa bejn Ġunju u Diċembru 2021. Joseph Nganzo Olikwa Tipi għadu uffiċjal għoli fil-FARDC, bħala Kurunell u Viċi Kmandant tat-12-il Brigata ta' Reazzjoni Rapida f'Minembwe (Kivu t'Isfel). Minħabba l-funzjonijiet tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC. Joseph Nganzo Olikwa Tipi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
8.12.2022 |
14 |
Désiré LONDROMA NDJUKPA |
magħruf ukoll bħala: Désiré Lokana Lokanza Sess: Raġel Funzjoni jew professjoni: Uffiċjal tad-Difiża ('charge of defence') tal-CODECO URDPC |
Désiré Londroma Ndjukpa huwa mexxej tal-Kooperattiva għall-Iżvilupp tal-Kongo/Unjoni ta' Rivoluzzjonarji għad-Difiża tal-Poplu Kongoliż (CODECO URDPC), identifikat bħala l-uffiċjal tad-difiża ('charge of defence') tiegħu u komexxej tal-fergħa politika tiegħu. Il-CODECO URDPC huwa grupp armat mhux governattiv li jopera fil-parti tal-Lvant tar-RDK u li qed jikkontribwixxi għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b'mod partikolari permezz tal-vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil, vjolenza sesswali u attakki fuq persuni ċivili bħal attakki fuq il-kampijiet ta' persuni spustati internament, bejn nofs Novembru 2021 u Frar 2022, li b'mod partikolari kellhom fil-mira l-komunità Hema. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija fil-CODECO URDPC, Londroma Ndjukpa huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
8.12.2022 |
15 |
Willy NGOMA |
magħruf ukoll bħala: Major Willy NGOMA Sess: Raġel Funzjoni jew professjoni: Kelliem għall-Moviment tat-23 ta’ Marzu / Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC) |
Willy Ngoma għandu l-pożizzjoni ewlenija ta' kelliem għall-Moviment tat-23 ta' Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-parti tal-Lvant tar-RDK. L-M23/ARC jikkontribwixxi għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b'mod partikolari permezz ta' vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil, attakki u vjolenza sesswali kontra persuni ċivili. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23/ARC, Willy Ngoma huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
8.12.2022 |
16 |
William YAKUTUMBA |
Data tat-twelid: 1970 Post tat-twelid: Lunbondia, Kivu t-Isfel, RDK Nazzjonalità: RDK Sess: Raġel Funzjoni jew professjoni: mexxej tal-Coalition Nationale du Peuple pour la Souverainité du Congo (CNPSC); fundatur u mexxej tal-milizzja Mai-Mai Yakutumba. |
William Yakutumba huwa s-Segretarju Ġenerali u Kmandant tal-Coalition Nationale du Peuple pour la Souverainité du Congo (CNPSC), koalizzjoni tal-hekk imsejħa milizzji Mai-Mai fil-provinċja ta' Kivu t'Isfel tar-RDK. Huwa l-fundatur u l-mexxej ta' waħda mill-akbar milizzji ta' dik il-koalizzjoni, il-Mai-Mai Yakutumba. Il-Mai-Mai Yakutumba tikkontribwixxi għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b'mod partikolari permezz ta' vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż massakri ta' popolazzjonijiet ta’ villaġġi, attakki fuq persuni ċivili, stupri u atti oħra ta' vjolenza sesswali. Il-Mai-Mai Yakutumba tikkontrolla wkoll il-minjieri tad-deheb fil-parti tal-Lvant tar-RDK, flimkien mal-membri tas-CNPSC li jikkontrollaw ir-rotot tal-minjieri. Huma japprofittaw ruħhom mill-isfruttament illeċitu tad-deheb u mill-kummerċ tiegħu. Il-Mai-Mai Yakutumba tuża l-profitti li taqla' minn dak il-kummerċ biex tiffinanzja l-attivitajiet armati tagħha. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fis-CNPSC u fil-milizzja Mai-Mai Yakutumba, William Yakutumba huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn u l-isfruttament tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, inkluż permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali. |
8.12.2022 |
17 |
Alain François Viviane GOETZ |
Data tat-twelid: 24.4.1965 Post tat-twelid: Deurne, Antwerp, Belgium Nazzjonalità: Belġjana Sess: Raġel |
Alain Goetz huwa negozjant, li huwa s-sid benefiċjarju u l-eks direttur ta' African Gold Refinery Ltd., reġistrata fl-Uganda. Sa mill-2016, African Gold Refinery Limited irċeviet, xtrat, irfinat u kkummerċjalizzat deheb illeċitu li joriġina minn minjieri fir-RDK li huma kkontrollati minn gruppi armati mhux governattivi, inkluż Mai-Mai Yakutumba u Raia Mutomboki, li huma involuti f'attivitajiet destabbilizzanti fil-provinċja ta' Kivu t'Isfel. Għalhekk Alain Goetz qed jisfrutta l-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK permezz tal-isfruttament u l-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali. |
8.12.2022”. |