IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.7.2016
COM(2016) 439 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦALL-AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2015
{SWD(2016) 220 final}
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016DC0439
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL ON THE GUARANTEE FUND FOR EXTERNAL ACTION AND ITS MANAGEMENT IN 2015
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦALL-AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2015
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦALL-AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2015
COM/2016/0439 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.7.2016
COM(2016) 439 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦALL-AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2015
{SWD(2016) 220 final}
Werrej
1.Introduzzjoni
2.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2015
2.1.Flussi finanzjarji tal-Fond
2.2.Tranżazzjonijiet sinifikanti
2.3.Tranżazzjoni sinifikanti wara d-data tar-rapportar
2.4.Preżentazzjoni tal-kontijiet
2.4.1.Bażi tal-preparazzjoni
2.4.2.Dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati għall-Fond il-Ħamis, 31 ta' Diċembru 2015
3.Pagamenti lill-Fond jew minnu
3.1.Bażi ġuridika għall-pagamenti lill-Fond mill-baġit ġenerali
3.2.Pagamenti lill-baġit ġenerali jew minnu matul is-sena finanzjarja
3.2.1.Proviżjonament tal-Fond
3.2.2.Imgħax mill-investiment tal-assi likwidi tal-Fond
3.2.3.Dħul mill-operazzjonijiet finanzjarji
3.2.4.Dħul u nfiq minn attivitajiet operattivi
4.L-obbligazzjonijiet tal-Fond
4.1.Inadempjenzi fil-pagament
4.2.Rimunerazzjoni tal-BEI
1.Introduzzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 (verżjoni kodifikata) ("ir-Regolament") 1 stabbilixxa Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni ("il-Fond") biex jitħallsu lura l-kredituri tal-Unjoni fil-każ ta’ inadempjenza mill-benefiċjarji ta’ self maħruġ jew garantit mill-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, il-Kummissjoni fdat il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) skont ftehim iffirmat bejn il-Komunità u l-BEI datat il-25 ta' Novembru 1994 u sussegwentement emendat fit-23 ta' Settembru 1996, fit-8 ta' Mejju 2002, fil-25 ta' Frar 2008 u fid-9 ta' Novembru 2010 ("il-Ftehim").
L-Artikolu 8 tar-Regolament jitlob lill-Kummissjoni tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sitwazzjoni tal-Fond u l-ġestjoni tiegħu għal kull sena finanzjarja sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.
Dan ir-rapport flimkien mad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD) jipprovdi din l-informazzjoni. Huwa bbażat fuq dejta li waslet mill-BEI, b'konformità mal-ftehim.
2.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2015
Il-qagħda finanzjarja tal-Fond hija s-somma tal-flussi finanzjarji kollha minn mindu twaqqaf il-Fond fl-1994.
2.1.Flussi finanzjarji tal-Fond
Il-Fond kien jammonta għal total ta' EUR 2,343,091,110.14 (ara l-Anness tal-SWD: Dikjarazzjonijiet Finanzjarji tal-Fond ta' Garanzija fil-31 ta’ Diċembru 2015, kif mogħtija mill-BEI). Dan huwa l-ammont tal-flussi minn mindu ġie stabbilit il-Fond:
Fond ta’ Garanzija |
Ammont fil-31.12.2015 |
Ammont fil-31.12.2014 |
Bidla 2014-2015 |
kontribuzzjonijiet tal-baġit lill-Fond |
4,000,358,104.00 |
3,743,236,312.00 |
257,121,792.00 |
riżultati netti suċċessivi ta' kull sena |
940,394,573.31 |
908,051,618.54 |
32,342,954.77 |
irkupri ta' pagamenti li saru mill-Fond tal-inadempjenzi |
578,854,353.78 |
578,854,353.78 |
- |
varjazzjoni f’kontijiet oħra pagabbli |
23,101,194.04 |
23,084,839.03 |
16,355.01 |
tariffi miġbura fuq irkupru tard (fl-2002) |
5,090,662.91 |
5,090,662.91 |
- |
sejħiet ta’ garanzija mħallsa |
-705,104,452.97 |
-644,939,881.42 |
-60,164,571.55 |
rimborżi suċċessivi għall-baġit (inkluż rimborżi eċċezzjonali għall-baġit minħabba l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda) |
-2,531,726,712.72 |
-2,531,726,712.72 |
- |
aġġustament tal-evalwazzjoni tal-portafoll skont l-evalwazzjoni tal-IFRS |
32,123,387.79 |
56,101,855.45 |
-23,978,467.66 |
Valur tal-kontabilità tal-Fond (Assi totali) |
2,343,091,110.14 |
2,137,753,047.57 |
205,338,062.57 |
Il-valur tal-kontabilità tal-Fond żdied b’madwar EUR 205 miljun fl-2015. Dan jiġi spjegat kif ġej:
B'żieda
Fil-kontribuzzjoni mill-baġit (ammont ta’ proviżjonament) ta’ EUR 257 miljuni biex jiġi aġġustat il-Fond għall-ammont fil-mira ta’ 9%
Id-dħul nett fuq l-operazzjonijiet finanzjarji li ammontaw għal EUR 32 miljun
Bi tnaqqis
Fl-Intervent tal-Fond biex ikopri l-inadempjenzi fil-pagament mis-Sirja għal ammont totali ta’ EUR 60 miljun.
L-istima tal-portafoll żdiedet b' EUR 24 miljun minħabba l-ipprezzar skont il-valur fis-suq.
2.2.Tranżazzjonijiet sinifikanti
(1)Minn Novembru 2011, il-BEI qed jiffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan. B’konsegwenza ta’ dan, u f’konformità mal-ftehim ta' garanzija bejn l-UE u l-BEI, il-BEI għamel 29 sejħa fuq il-Fond ta’ Garanzija tal-UE sal-31 ta' Diċembru 2015 għal ammont totali ta’ EUR 225,1 miljun (ara l-punt 4.1 Inadempjenza fil-pagamenti).
(2)Fi Frar 2015, il-kontribuzzjoni mill-baġit lill-Fond kienet ikkalkulata b’segwitu tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 5 tar-Regolament:
L-Artikolu 3 tar-Regolament 2 jistabbilixxi ammont fil-mira għall-Fond ta’ 9% tat-total tal-obbligazzjonjiet tal-kapital pendenti li jirriżultaw minn kull operazzjoni, flimkien ma' kwalunkwe mgħax dovut mhux imħallas.
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament, l-ammont li jrid jiġi trasferit mill-baġit għall-Fond fis-sena n + 1 huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-valur tal-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena n - 1, ikkalkulat fil-bidu tas-sena n.
Biex il-Fond jiġi aġġustat għal 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-kapital pendenti, ammont ta’ EUR 257,1 miljun iddaħħal fil-baġit tal-2016 għall-proviżjonament tal-Fond. Fil-31.12.2014, l-ammont fil-mira kien ta' EUR 2,371,8 miljuni li jikkorrispondi għal 9 % tat-total ta' operazzjonijiet ta' garanzija pendenti (EUR 26,353.2 miljun). Id-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-assi netti tal-Fond ta' EUR 2,114.7 miljun fil-31.12.2014 kienet ugwali għal EUR 257,1 miljun.
Dan l-ammont intalab għall-proviżjonament tal-Fond fl-2016 u ġie approvat mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew bħala parti mill-approvazzjoni tal-baġit tal-2016 f’Novembru tal-2015. Sussegwentement ġie rikonoxxut bħala riċevibbli tal-Fond mill-baġit.
(3)Fi Frar tal-2015 l-ammont ta’ EUR 144,4 miljun ġie trasferit mill-baġit għall-Fond li jikkorrispondi għal ammont ta’ proviżjonament għall-2014 (ara d-dettallji fil-paragrafu 3.2.1 proviżjonament tal-Fond).
2.3.Tranżazzjoni sinifikanti wara d-data tar-rapportar
Fi Frar 2016 ammont ta' EUR 257,1 miljun ġie trasferit mill-baġit għall-Fond li jikkorrispondi għall-proviżjonament għall-2016.
2.4.Preżentazzjoni tal-kontijiet
2.4.1.Bażi tal-preparazzjoni
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fond (kif ukoll id-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati) tħejjew skont ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari “Ir-Regola tal-Kontabilità 11 – Strumenti finanzjarji” kif spjegat fl-SWD.
2.4.2.Dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati għall-Fond il-Ħamis, 31 ta' Diċembru 2015
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati tal-Fond jitħejjew biex jiġu inklużi l-operazzjonijiet tal-kontijiet li ma jkunux inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fond imħejjija mill-BEI (ara l-SWD), li timplika differenza bejn il-valur totali tal-assi tal-Fond fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI (EUR 2,343,091,110.14) u l-valur tal-assi totali fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati tal-Fond (EUR 2 107 985 583). Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati jinkludu kwalunkwe arretrati dovuti flimkien mal-imgħax akkumulat fuq pagament tardiv (imwaqqaf kompletament mill-31.12.2015) u dovuti kontabilistiċi oħrajn 3 sakemm isiru r-rimborżi sħaħ tal-ammonti dovuti lill-Fond. Għaldaqstant, se jkun hemm sett sħiħ ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-Fond fl-aħħar tas-sena li jridu jiġu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-UE. L-assi kurrenti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati jinkludu wkoll riċevibbli temporanji mal-BEI ta' EUR 22,016,265 għal sejħiet ta' garanzija li għadhom mhux imħallsa flimkien ma' ammonti relatati, fejn il-BEI jibqa' kreditur tas-Sirja sakemm titħallas is-sejħa. L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu wkoll ammont pagabbli lill-BEI ta' EUR 22,763,789 għal sejħiet ta' garanzija li għadhom mhux imħallsa flimkien ma' ammonti relatati.
Fond ta’ Garanzija: Karta tal-bilanċ prekonsolidata
Il-karta tal-bilanċ prekonsolidata hija t-tħejjija tal-karta tal-bilanċ għall-konsolidazzjoni tagħha fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-UE. L-entrati ewlenin huma spjegati fin-noti dwar il-karta tal-bilanċ.
Karta tal-bilanċ — Assi
Il-31 ta' Diċembru 2015 |
Il-31 ta' Diċembru 2014 |
|
ASSI MHUX KURRENTI |
1,614,233,483 |
1,499,128,901 |
Assi finanzjarji |
1,614,233,483 |
1,499,128,901 |
ASSI KURRENTI |
493,752,100 |
517,361,813 |
Assi finanzjarji |
387,792,573 |
346,281,423 |
Riċevibbli |
22,016,264 |
23,147,185 |
Flus kontanti u l-ekwivalenti ta’ flus kontanti |
83,943,262 |
147,933,205 |
ASSI TOTALI |
2,107,985,583 |
2,016,490,714 |
Karta tal-bilanċ — Obbligazzjonijiet
Il-31 ta' Diċembru 2015 |
Il-31 ta' Diċembru 2014 |
|
RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI |
2,082,760,780 |
1,991,699,974 |
Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea |
1,211,509,598 |
1,067,100,081 |
Riżerva ta’ valur ġust |
32,123,388 |
56,101,855 |
Qligħ imfaddal |
839,127,794 |
868,498,038 |
OBBLIGAZZJONIJIET MHUX KURRENTI |
- |
- |
OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI |
25,224,803 |
24,790,740 |
Ammonti pagabbli |
25,224,803 |
24,790,740 |
RIŻORSI TOTALI TAL-KONTRIBUTURI + OBBLIGAZZJONIJIET |
2,107,985,583 |
2,016,490,714 |
Noti għall-karta tal-bilanċ:
"Riċevibbli kurrenti" tinkludi ammonti ta’ self li ssejħu iżda għadhom ma tħallsux (pagament f’Jannar - Marzu 2016), flimkien ma’ ammonti relatati.
Id-differenza fil-"Qligħ imfaddal" fl-ekwità meta mqabbla mal-qagħda finanzjarja tal-Fond ippreżentata fl-SWD hija spjegata permezz ta’ rimborżi suċċessivi ta' sejħiet u penali għall-Fond.
“Kontijiet pagabbli” jinkludu sejħiet għal garanziji mhux imħallsa fid-data tal-karta tal-bilanċ flimkien mal-ammonti relatati, l-akkumulazzjoni tat-tariffi għall-irkupru dovuti lill-BEI, il-kummissjoni għall-ġestjoni tal-BEI u t-tariffi tal-awditjar.
Fond ta’ Garanzija: Kont tar-riżultat ekonomiku prekonsolidat
Hekk kif isir għall-karta tal-bilanċ, il-kont tar-riżultat ekonomiku prekonsolidat jitħejja biex ikun inkluż fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-UE.
2015 |
2014 |
|
Dħul minn attivitajiet operatorji |
477,789 |
263,355 |
Nefqa minn attivitajiet operatorji |
(1,591,683) |
(1,516,968) |
RIŻULTAT MINN ATTIVITAJIET OPERATORJI |
(1,113,894) |
(1,253,614) |
Dħul finanzjarju |
40,109,123 |
35,209,330 |
Spejjeż finanzjarji |
(68,365,473) |
(149,238,663) |
RIŻULTATI FINANZJARJI |
(28,256,350) |
(114,029,333) |
RIŻULTAT EKONOMIKU TAS-SENA |
(29,370,244) |
(115,282,947) |
Noti mal-kont tal-eżitu ekonomiku:
"Spejjeż finanzjarji" jikkonsistu f’telf minn indeboliment fuq self surrogat, relatat mal-inadempjenzi fil-pagament (ara t-taqsima 4.1)
3.Pagamenti lill-Fond jew minnu
Din it-taqsima tispjega l-flussi finanzjarji lejn il-Fond jew 'il barra minnu.
3.1.Bażi ġuridika għall-pagamenti lill-Fond mill-baġit ġenerali
Ir-Regolament jiżgura użu aktar effiċjenti tar-riżorsi baġitarji permezz tal-proviżjonament tal-Fond fuq il-bażi tal-ammonti osservati ta' self garantit pendenti. Hekk kif l-ammont ta' obbligazzjonijiet pendenti jiżdied, il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE meħtieġa biex jinżamm l-ammont fil-mira għall-Fond jiżdied ukoll.
L-ammont fil-mira huwa dak ta’ 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet kapitali pendenti tal-Komunitajiet li jkun ġej minn kull operazzjoni, miżjud minn interess dovut mhux imħallas, inklużi t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet koperti (self tal-BEI, tal-MFA u tal-Euratom) barra mill-UE. Id-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-valur tal-assi netti tal-Fond se tirriżulta fi proviżjonament mill-intestatura tal-baġit 01.03.06 "Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija" lill-Fond jew permezz ta’ pagament mill-Fond lill-baġit fil-każ ta’ bilanċ pożittiv.
3.2.Pagamenti lill-baġit ġenerali jew minnu matul is-sena finanzjarja
3.2.1.Proviżjonament tal-Fond
Abbażi tal-operazzjonijiet garantiti pendenti ta' EUR 23,609.2 miljun mill-31.12.2012, ammont ta' EUR 144,4 miljun, iddaħħal fl-intestatura tal-baġit 01.03.06 "Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija" fid-dikjarazzjoni tan-nefqa fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2015. Dan l-ammont tħallas fi tranżazzjoni waħda mill-Baġit għall-Fond fi Frar 2015.
3.2.2.Imgħax mill-investiment tal-assi likwidi tal-Fond
Politika ta’ investiment
L-assi likwidi tal-Fond huma investiti skont il-prinċipji ta’ ġestjoni stipulati fl-Anness tal-Ftehim, kif emendat 4 . Għaldaqstant, 20% tal-Fond irid jiġi investit f'investimenti għal perjodu qasir (sa sena). Dawn l-investimenti jinkludu titoli b'rata varjabbli, irrispettivament mid-dati tal-maturità tagħhom, u titoli b'rati fissi b'massimu ta' sena għad-data tal-maturità, irrispettivament mill-perjodu ta' maturità inizjali tagħhom. Biex jinżamm ekwilibriju bejn l-istrumenti varji li jipprovdu l-likwidità meħtieġa, jinżamm minimu ta' EUR 100 miljun fi strumenti tas-suq tal-flus, partikolarment f'depożiti bankarji.
Sa 80% tal-Fond jista' jitqiegħed f'portafoll ta' bonds b'maturità li jifdal ta' mhux iktar minn 10 snin u 6 xhur mid-data tal-pagament. Id-dewmien medju tal-kollokamenti tal-assi kollha tal-Fond ma jistax jaqbeż il-5 snin. L-investimenti f'bonds għandhom jirrispettaw xi kriterji speċifiċi bħal-likwidità, il-kwalità kreditizja, l-eliġibilità tal-kontropartijiet u l-limiti ta’ konċentrazzjoni. Sabiex tiġi żgurata diversifikazzjoni tajba tar-riskju, l-ammont totali investit fil-bonds għal kull emittent ma jridx jaqbeż l-10% tal-ammont nominali totali tal-portafoll.
Prestazzjoni
Matul is-sena 2015, il-kundizzjonijiet makroekonomiċi u l-ambjent ta' politika monetarja akkomodanti ħafna wasslu fi tnaqqis fir-rati tal-imgħax li ta' sikwit kienu negattivi
Il-Fond ta redditu assolut ta’ +0,47% tul l-2015, bi prestazzjoni aqwa mill-punt ta' riferiment b' 0,9 bps. Il-punt ta’ riferiment tal-Fond huwa taħlita magħmula l-aktar minn indiċijiet iBoxx (b’mod partikolari indiċijiet EUR tas-Sovrani taż-Żona Euro u EUR Kollateralizzati Koperti) u Euribid għall-iskopertura ta' terminu qasir.
Il-Prestazzjoni pożittiva tal-Fond fl-2015 ġiet spjegata l-aktar mit-tnaqqis tal-parti l-qasira tal-kurvi tar-rendiment (ara t-taqsima 1.4.2 "Prestazzjoni" tal-SWD għal aktar dettalji li seħħew matul is-sena).
3.2.3.Dħul mill-operazzjonijiet finanzjarji
Fl-2015, id-dħul fuq l-imgħax minn flus kontanti u ekwivalenti, fuq it-titoli ammonta għal EUR 40 109 123, imqassam kif ġej:
Deskrizzjoni: |
2015 |
2014 |
Dħul mill-imgħax fuq flus u ekwivalenti ta' flus |
17,621 |
267,136 |
Imgħaxijiet fuq depożiti għal perjodu qasir |
6,496 |
263,229 |
Imgħax fuq kontijiet bankarji kurrenti |
11,125 |
3,907 |
Dħul mill-imgħax fuq assi tal-AFS |
24,226,548 |
29,274,967 |
Imgħax - Portafoll Disponibbli Għall-Bejgħ |
29,814,016 |
30,590,691 |
Skont tal-primjum |
(5,587,468) |
(1,315,724) |
Dħul minn attivitajiet ta’ self ta’ titoli |
115,810 |
99,651 |
Qligħ realizzat mill-bejgħ ta’ assi finanzjarji |
9,176,574 |
1,162,567 |
Imgħax akkumulat fuq self surrogat |
6,572,571 |
4,405,009 |
Imgħax minn investiment finanzjarju tal-assi likwidi tal-Fond |
40,109,123 |
35,209,330 |
3.2.4.Dħul u nfiq minn attivitajiet operattivi
L-ispejjeż tal-operazzjonijiet finanzjarji ammontaw għal EUR -1,113,894, li jinkludu t-tariffi ta' ġestjoni tal-BEI għal EUR 861,228, tariffi finanzjarji oħrajn (l-aktar tariffi tal-kustodja) għal EUR 190,955, it-tariffi esterni tal-awditjar għal EUR 39,500, telf mill-kambju mhux realizzat fuq Self surrogat għal EUR 477,789 u t-tariffi akkumulati ta' rkupru EUR 500,000 (l-ammont massimu miftiehem).
4.L-obbligazzjonijiet tal-Fond
L-obbligazzjonijiet tal-Fond jikkorrispondu għall-impenji kollha finanzjarji dovuti mill-Fond.
4.1.Inadempjenzi fil-pagament
Talbiet għall-Fond ta’ Garanzija wara inadempjenzi fil-pagament
Fid-dawl tad-deterjorament tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill Affarijiet Barranin, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienu ħadu xi deċiżjonijiet fl-2011 favur il-pajjiż. B’mod partikolari, huma pprojbixxew żborzi mill-BEI b’rabta ma’ ftehimiet ta’ self eżistenti kif ukoll huma sospiżi kuntratti ta’ assistenza teknika tal-BEI għal proġetti sovrani fis-Sirja. Il-miżuri restrittivi ġew suċċessivament minquxa fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012, kif emendat.
Bħala konsegwenza, mhi awtorizzata l-ebda operazzjoni ta’ finanzjament ġdid mill-BEI minn Mejju 2011 u l-iżborżamenti kollha li għaddejjin bħalissa u s-servizzi ta’ assistenza teknika lir-Repubblika Għarbija tas-Sirja ġew sospiżi minn Novembru 2011 sa ma jingħata avviż ieħor.
Filwaqt li fis-snin reċenti s-Sirja kienet ħallset kompletament u fil-ħin is-self lill-Bank, minn Novembru 2011, il-BEI qed jiffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan. B’konsegwenza ta’ dan, u f’konformità mal-ftehim ta' garanzija bejn l-UE u l-BEI, il-BEI għamel 29 sejħa lill-UE dwar il-Fond ta’ Garanzija sal-31 ta' Diċembru 2015 għal ammont totali ta’ EUR 225,1 miljun. Il-pagament tal-aħħar 3 sejħiet (EUR 22,1 miljun) huwa dovut fl-ewwel trimestru tal-2016.
Avvenimenti wara d-data tar-rappurtar
Sa Frar 2016, saret sejħa addizzjonali għal inadempjenzi fil-pagament fis-Sirja għal ammont totali ta’ EUR 7.8 miljun.
4.2.Rimunerazzjoni tal-BEI
Ir-rimunerazzjoni tal-BEI hija komposta mit-tariffi ta' ġestjoni u t-tariffi tal-irkupru. It-tariffi ta' ġestjoni jkompru l-ġestjoni tal-Fond. It-tariffi ta' rkupru jkopru l-isforzi ta' rkupru tal-BEI rigward talbiet wara inadempjenzi koperti mill-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI barra mill-Unjoni.
It-tieni Ftehim Supplimentari għall-Ftehim iffirmat fit-8 ta' Mejju 2002 jistipula li r-rimunerazzjoni tal-Bank trid tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni ta’ rati ta' tariffi annwali digressivi għal kull saff tal-assi tal-Fond. Din ir-rimunerazzjoni hija kkalkulata fuq il-bażi tal-medja annwali tal-assi tal-Fond.
Ir-rimunerazzjoni tal-Bank għall-2012 ġiet stabbilita għal EUR 861,228 u ddaħħlet fil-kont tar-riżultat ekonomiku u bħala dovuti (obbligazzjonijiet) fil-karta tal-bilanċ.
It-tariffi ta' rkupru dovuti mill-BEI huma kkalkulati fuq il-bażi tal-Ftehim ta' Rkupru ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-Bank f'Lulju 2014. Fi tmiem l-2015 l-ammont akkumulat tat-tariffi rkuprati kien ta' EUR 1,560,285.