This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Servizzi tat-telekomunikazzjoni bi prezzijiet li jintlaħqu - drittijiet tal-utenti
L-Unjoni Ewropea (UE) tfittex li tiżgura d-disponibbiltà ta’ sett minimu ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ kwalità tajba aċċessibbli għall-utenti kollha bi prezz li jintlaħaq, filwaqt li tnaqqas it-tfixkil tas-suq.
ATT
Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).
SOMMARJU
L-Unjoni Ewropea (UE) tfittex li tiżgura d-disponibbiltà ta’ sett minimu ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ kwalità tajba aċċessibbli għall-utenti kollha bi prezz li jintlaħaq, filwaqt li tnaqqas it-tfixkil tas-suq.
X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?
Id-Direttiva dwar is-“servizz universali” tiżgura regoli speċifiċi għad-dispożizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi fl-UE. F’dan il-kunest, din:
PUNTI EWLENIN
Obbligi tas-servizz universali
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li:
Biex jiġu bbilanċjati l-ispejjeż netti li l-fornituri tas-servizzi jġarrbu bħala riżultat tal-provvediment ta’ servizz universali (li mhux dejjem iħalli profitt), il-pajjiżi tal-UE jistgħu jintroduċu mekkaniżmi biex jikkumpensaw għalihom.
Interessi u drittijiet tal-utenti
Il-konsumaturi għandhom jirċievu informazzjoni li tippermettilhom jifhmu s-servizzi li jabbonaw għalihom. Il-kuntratti għandhom: i) jipprovdu informazzjoni dwar l-istandards minimi ta’ kwalità tas-servizz kif ukoll dwar il-kumpens u r-rifużjonijiet jekk dawn il-livelli ma jintlaħqux, ii) isemmgħu d-dritt li jkunu elenkati f’direttorji tat-telefown disponibbli għall-abbonati u iii) jinkludu informazzjoni ċara dwar il-kriterji kwalifikattivi għal offerti promozzjonali.
Id-Direttiva tippermetti wkoll għal:
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA
Mill-24 ta’ Frar 2002 ’il quddiem.
SFOND
Id-direttiva hija parti mill-pakkett ta’ riformi tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni li jinkludi 4 direttivi oħrajn (id-direttiva “qafas” , id-direttiva “aċċess” , id-direttiva “awtorizzazzjoni” u d-direttiva “privatezza u komunikazzjonijiet elettroniċi” ), kif ukoll ir-Regolament li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC).
Għal aktar informazzjoni, ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll il-websajt L-Ewropa tiegħek.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali’ |
Direttiva 2002/22/KE |
24.4.2002 |
24.7.2003 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Direttiva 2009/136/KE |
19.12.2009 |
25.5.2011 |
|
- |
- |
l-aħħar aġġornament 22.09.2015