This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008R1332-20121203
L-użu tal-enżimi fl-ikel (minbarra dawk fl-addittivi)
L-użu tal-enżimi fl-ikel (minbarra dawk fl-addittivi)
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament (KE) Nru 1332/2008 dwar l-enżimi fl-ikel
SOMMARJU
X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?
— |
Dan jistipula regoli armonizzati għall-enżimi* użati fl-ikel. Dawn ir-regoli huma meħtieġa sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bnedmin u sabiex jippermettu li l-enżimi jiġu miżjudin kullimkien fl-UE.
|
— |
Il-leġiżlazzjoni fiha lista tal-UE ta' enżimi approvati, kondizzjonijiet għall-użu tagħhom fl-ikel, u r-rekwiżiti għat-tikketti.
|
PUNTI EWLENIN
— |
Enżimi fil-lista tal-UE biss jistgħu jinbiegħu u jintużaw fl-ikel.
|
— |
Enżimi approvati m'għandhomx ikunu perikolużi għas-saħħa tal-bnedmin, jew iqarrqu bil-konsumaturi. Dawn għandhom jirrispondu għal ħtieġa teknoloġika raġonevoli fil-manifattura, ipproċessar, preparazzjoni, trattament, imballaġġ, trasport jew proċess ta' ħażna.
|
— |
Il-lista approvata fiha dettalji tal-isem tal-enżima u informazzjoni rilevanti oħra, l-ikel li tista' tiġi miżjuda miegħu, kundizzjonijiet tal-użu u kwalunkwe restrizzjoni jew ħtieġa speċifika.
|
— |
Hemm regoli speċifiċi ta' tikkettar li japplikaw għall-enżimi, skont jekk dawn humiex intenzjonati għall-bejgħ lill-pubbliku jew le.
|
— |
L-informazzjoni trid tkun tidher faċilment, tinqara b'mod ċar, ma titħassarx u tinftiehem.
|
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ir-regolament, li jemenda leġiżlazzjoni preċedenti, daħal fis-seħħ fl-20 ta' Jannar 2009.
TERMINU EWLIENI
* Enżima tal-ikel: prodott miksub minn pjanti, annimali jew mikro-organiżmi li jista' jikkawża reazzjoni bijokimika u li jintuża fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-imballaġġ, fit-trasport jew fil-proċess ta' ħażna tal-ikel.
ATT
Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7-15)
L-emendi suċċessivi u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 11.01.2016