This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993R0696
Is-sistema ta’ produzzjoni fl-UE — unitajiet tal-istatistika
Ir-regolament jistabbilixxi lista ta’ 8 unitajiet unità tal-istatistika:
l-intrapriża — unità li tipproduċi oġġetti jew servizzi li għandha ċertu grad ta’ awtonomija fit-teħid tad-deċizjonijiet, speċjalment fl-allokazzjoni tar-riżorsi attwali tagħha, eż. negozju żgħir;
l-unità istituzzjonali — unità li jkollha awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-funzjoni prinċipali tagħha u li żżomm sett sħiħ tal-kontijiet, eż. kumpaniji jew kooperattivi, sħubiji, intrapriżi pubbliċi jew istituzzjonijiet li ma jagħmlux qligħ rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti;
il-grupp ta’ intrapriżi — assoċjazzjoni ta’ intrapriżi marbuta flimkien b’rabtiet legali u/jew finanzjarji. Huwa jista’ jkollu aktar minn ċentru wieħed tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment għall-politika dwar il-produzzjoni, il-bejgħ u l-profitti u jista’ jiċċentralizza ċerti aspetti mit-tmexxija finanzjarja u ta’ tassazzjoni;
l-unità ta’ tip tal-attività (KAU) — tiġbor il-partijiet kollha ta’ intrapriża li jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ attività fil-livell ta’ klassi (erba’ ċifri) ta’ NACE* Rev. 1 u tikkorrispondi għal suddiviżjoni waħda jew aktar tas-suddiviżjonijiet operazzjonali tal-intrapriża;
l-unità ta’ produzzjoni omoġenja (UHP) — unità karatterizzata b’attività waħda li hija identifikata bl-inputs omoġenji tagħha, il-proċess tal-produzzjoni u l-outputs. Il-prodotti li jikkostitwixxu l-inputs u l-outputs huma stess jintgħarfu mill-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, il-limitu sa fejn ikunu ġew proċessati u t-teknika ta’ produzzjoni użata, b’referenza għall-klassifikazzjoni tal-prodott. L-unità ta’ produzzjoni omoġenja tista’ tikkorrispondi għal unità istituzzjonali jew parti minnha; mill-banda l-oħra, qatt ma tista’ tifforma parti minn żewġ unitajiet istituzzjonali differenti;
l-unità lokali — intrapriża jew parti minnha (eż. ħanut tax-xogħol, fabbrika, maħżen, uffiċċju, minjiera jew depost) li tinsab f’post identifikat ġeografikament. F’dan il-post jew minnu titwettaq attività ekonomika li għaliha — ħlief għal ċerti eċċezzjonijet — jaħdmu persuna waħda jew aktar (anki jekk part-time biss) għall-istess intrapriża waħda;
unità lokali tat-tip tal-attività (KAU lokali) — il-parti ta’ KAU li tikkorrispondi għal unità lokali;
l-unità lokali ta’ produzzjoni omoġenja (UHP lokali) — il-parti ta’ UHP li tikkorrispondi għal unità lokali.
Definizzjoni ta’ unitajiet tal-istatistika
L-unitajiet tal-istatistika huma ddefiniti abbażi ta’ 3 kriterji:
Relazzjoni bejn it-tipi differenti ta’ unitajiet tal-istatistika
Ir-relazzjoni bejn it-tipi differenti ta’ unitajiet tal-istatistika tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej:
|
Attività f’post wieħed |
Attività f’aktar minn post wieħed |
Attività waħda |
Aktar minn attività waħda |
Unità tal-intrapriża |
X |
X |
X |
X |
Unità istituzzjonali |
X |
X |
X |
X |
Unità lokali |
X |
|
X |
X |
KAU |
X |
X |
X |
|
UHP |
X |
X |
X |
|
KAU lokali |
X |
|
X |
|
UHP lokali |
X |
|
|
|
Kumitat
Huwa beda japplika mid-19 ta’ April 1993.
Għal aktar informazzjoni ara:
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1-11)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 696/93 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 14.09.2017