Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Regolament dwar l-Ożonu)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-REgolament (KE) Nru 1005/2009 jistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saff tal-ożonu.
  • Jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-miżuri għall-prodotti u t-tagħmir li jużaw dawn is-sustanzi.
  • Ġie emendat ftit erba’ darbiet.

PUNTI EWLENIN

  • Bħala regola ġenerali, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ sustanzi kkontrollati, bħal aloni (għat-tifi tan-nar), bromur tal-metil (għall-kontroll tal-pesti) u idroklorofluworokarbonji (użati fi friġġijiet u sistemi ta’ arja kondizzjonata) li l-manifattura jew l-użu tagħhom huwa regolat, huma pprojbiti.
  • Huma permessi xi eċċezzjonijiet taħt kundizzjonijiet ċari, pereżempju, jekk jintużaw bħala materja prima*, bħala aġenti tal-proċess* jew għal użu fil-laboratorju jew analitiku.
  • L-użu tal-bromur tal-metil ġie pprojbit minn Marzu 2010, ħlief matul kwarantini ta’ emerġenza biex jipprevjenu t-tixrid ta’ mard jew pesti. F’kull każ, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti l-awtorizzazzjoni temporanja tagħha.
  • F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jintużaw sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nirien u tagħmir għat-tifi tan-nar li jkun fihom l-aloni. L-alternattivi disponibbli qegħdin dejjem aktar jiżdiedu u r-Regolament (UE) Nru 744/2010 jistabbilixxi dati tal-għeluq iddettaljati. Dawn ivarjaw mill-2013 sal-2040 skont l-użu tal-aloni.
  • L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati u prodotti li fihom dawn is-sustanzi huma essenzjalment ipprojbiti. Meta jkunu permessi, ikun hemm sistema ta’ liċenzji. Fl-2013, il-Kummissjoni għamlet dan aktar flessibbli għall-aloni użati fl-inġenji tal-ajru.
  • Għandhom ikunu fis-seħħ sistemi ta’ rkupru biex jinqerdu, jiġu riċiklati jew jintalbu lura sustanzi kkontrollati użati fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, l-arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, pajrini u sistemi ta’ protezzjoni u oġġetti li jkun fihom is-solventi.

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 se jitħassar u jiġi sostitwit mir-Regolament (UE) 2024/590 (ara s-sommarju) b’effett mit-3 ta’ Marzu 2025.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

  • Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 irreveda u ssostitwixxa (KE) Nru 2037/2000 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Materja prima. Kwalunkwe sustanza kkontrollata jew sustanza ġdida li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tiġi kompletament ikkonvertita mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha huma insinifikanti.
Aġenti tal-proċess. Sustanzi kkontrollati użati bħala aġenti kimiċi tal-proċess fl-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (riformulazzjoni) (ĠU L 286, 31.10.2009, pp. 1–30).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 08.03.2024

Top
  翻译: