This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0367
European Parliament resolution of 11 September 2013 containing its recommendation to the Council, the Commission and the EEAS on the negotiations for an EU-Malaysia partnership and cooperation agreement (2013/2052(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' 11 ta' Settembru 2013 li fiha r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna Kummissjoni dwar in-negozjati għal ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni UE-Malasja (2013/2052(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' 11 ta' Settembru 2013 li fiha r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna Kummissjoni dwar in-negozjati għal ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni UE-Malasja (2013/2052(INI))
ĠU C 93, 9.3.2016, p. 89–94
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/89 |
P7_TA(2013)0367
In-negozjati għal ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni UE-Malasja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' 11 ta' Settembru 2013 li fiha r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna Kummissjoni dwar in-negozjati għal ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni UE-Malasja (2013/2052(INI))
(2016/C 093/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1440/80 tat-30 ta’ Mejju 1980 li għandu x’jaqsam mal-konklużjoni tal-Ftehim tal-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor u t-Tajlandja – pajjiżi membri fl-Assoċazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (1), |
— |
wara li kkunsidra n-negozjati awtorizzati mill-Kunsill f’Novembru 2004 u li nfetħu fi Brussell f'Ottubru 2010, fl-okkażjoni tat-tmien samit UE-Asja (ASEM8), dwar ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni UE-Malasja (FSK), |
— |
wara li kkunsidra s-samit ASEM9 li sar f’Vientiane (Laos) fil-5 u 6 ta’ Novembru 2012, |
— |
wara li kkunsidra s-samit tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk (ASEAN) mill-Kambodja mit-18 sal-20 ta' Novembru 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2007 dwar l-abbozz ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiż u Programmi Indikattivi għall-Malasja, il-Brażil u l-Pakistan (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-16 ta’ Diċembru 2010 dwar “il-Malasja: il-prattika tas-swat bil-qasba” (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2010 dwar “attakki reċenti kontra komunitajiet Insara” (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija Ewropa 2020 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk f’Lulju 2012 (6), |
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Malasja (FTA), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malasja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru, iffirmat fl-2007 (7), |
— |
wara li kkunsidra n-negozjati dwar Ftehim ta’ Sħubija Volontarju mal-Malasja fir-rigward tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT) li beda fl-2007, |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Strateġija bejn il-Malasja u l-Komunità Ewropea għall-perjodu 2007-2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 90(4) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0235/2013), |
A. |
billi l-Malasja hija membru fundatur tal-ASEAN u se tippresiedi l-organizzazzjoni fl-2015; billi l-Malasja hija t-tieni l-aktar sħab kummerċjali importanti tal-UE fl-ASEAN; |
B. |
billi l-Malasja hija membru attiv tal-forum tal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku (APEC), l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC), il-Moviment Mhux Allineat (NAM), il-Bank Ażjatiku tal-Iżvilupp (ADB), il-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali tal-NU għall-Asja u l-Paċifiku (UNESCAP), il-Pjan ta’ Kolombu li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fir-reġjun Asja-Paċifiku, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO), il-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) u ż-Żona ta' Tkabbir Brunej Darussalam-Indoneżja-Malasja-Filippini tal-Asja tal-Lvant (BIMP-EAGA); billi l-Malasja hija membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) mill-istabbiliment tagħha fl-1995 u hija membru tal-Grupp tas-77 (G77) pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp, il-grupp tat-8 pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp (D-8), il-G15 u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (2010-2013), fost oħrajn; |
C. |
billi f'Ottubru 2010, il-Malasja ssieħbet mas-Sħubija Transpaċifika (TPP) stabbilita fl-2005, bil-ħsieb li tikkonkludi ftehim ta' kummerċ ħieles li jista’ jkollu konsegwenzi kbar għall-politika kummerċjali tal-UE; billi n-negozjati mwettqa mit-TPP ħadu xejra importanti ħafna bl-adeżjoni tal-Istati Uniti fi Frar 2008, il-Messiku f'Ġunju 2012 u l-Kanada f'Ottubru 2012; |
D. |
billi l-Malasja hija kontributur frekwenti għan-NU u missjonijiet għaż-żamma tal-paċi oħrajn, inklużi fil-Libanu, Timor Leste, il-Filippini, l-Indoneżja, il-Pakistan, is-Sjerra Leone, is-Sudan, il-Punent tas-Saħara, in-Nepal u l-Kosovo, u bagħtet unità medika fl-Afganistan; |
E. |
billi l-Malasja hija soċjetà multikulturali, multilingwistika, b'reliġjonijiet differenti u multietnika, b’maġġoranza ta’ Malasjani Musulmani u komunitarjiet ta’ minoranza ta’ Indjani, Ċiniżi u nies indiġeni mhux Malasjani; |
F. |
billi fil-Malasja l-elezzjonijiet parlamentari seħħew fil-5 ta' Mejju 2013; |
G. |
billi l-Malasja, li hija ekonomija emerġenti, stabbilixxiet programmi konsekuttivi ta’ ristrutturar soċjoekonomiku, inizjalment permezz tal-Politika Ekonomika Ġdida (NEP) fl-1971, li ġiet sostitwita mill-Politika ta’ Żvilupp Nazzjonali fl-1991 u sussegwentement mill-Politika ta’ Identità Nazzjonali fl-2001 skont 'Il-Mudell Ekonomiku Ġdid' għall-għan ta' żvilupp fuq perjodu twil tal-Malasja li ssir pajjiż żviluppat sal-2020 ('Viżjoni 2020'); |
H. |
billi l-Malasja adottat liġi fuq il-ġemgħa paċifika fl-20 ta’ Diċembru 2011; |
I. |
billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Malasja dwar id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-popli indiġeni, il-migrazzjoni, il-libertà tal-istampa u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ssaħħet permezz ta' kuntatti regolari mas-soċjetà ċivili u l-Kummissjoni tal-Malasja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (SUHAKAM); billi l-UE qed tistabbilixxi wkoll gradwalment il-kooperazzjoni mal-Malasja f'oqsma li jaqgħu taħt il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) bħas-sigurtà marittima u n-nonproliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa; |
J. |
billi l-Parlament tal-Malasja, bil-ħsieb li jitrawwmu relazzjonijiet ulterjuri waqqaf l-Unjoni Interparlamentari (IPU) Caucus bejn il-Malasja u l-UE f'Novembru 2010, fejn il-membri qegħdin jirrappreżentaw kemm il-koalizzjoni tal-gvern u kemm l-oppożizzjoni; |
1. |
Jindirizza lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin: Dwar in-negozjati għal ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni
Djalogu Politiku
Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali
Kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u kulturali
Dispożizzjonijiet oħrajn
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (RGħ/VP), lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Malasja. |
(1) ĠU L 144, 10.6.1980, p. 1.
(2) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 507.
(3) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 132.
(4) ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 7.
(5) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 87.
(6) ĠU L 154, 15.6.2012, p. 1.
(7) ĠU L 414, 30.12.2006, p. 85.