This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008R1156-20140526
Commission Regulation (EC) No 1156/2008 of 20 November 2008 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2008 ta' l- 20 ta’ Novembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2008 ta' l- 20 ta’ Novembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
2008R1156 — MT — 26.05.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1156/2008 ta' l-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 310, 21.11.2008, p.9) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 |
L 130 |
1 |
15.5.2013 |
|
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2014 tad-29 ta' April 2014 |
L 133 |
43 |
6.5.2014 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1156/2008
ta' l-20 ta’ Novembru 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana ( 1 ), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment, fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna nru 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru 3 ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skond dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 2 ). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna nru 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri, li mhuwiex skond dan ir-Regolament, jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
1. Apparat għar-rekordjar, ir-riproduzzjoni u l-wiri ta' stampi fissi (hekk imsejjaħ “inkwatru tar-ritratti diġitali”), ta' qisien globali ta' 17 cm (tul) bi 12,9 cm (wisa') u 12,3 cm (fond), li huwa magħmul mill-komponenti ewlenin li ġejjin f'qafas wieħed: — skrin tal-kulur tat-tip ta' apparat bil-kristalli likwidi (LCD) b'qisien djagonali tal-iskrin ta' 13 cm (5,1 pulzieri) u b'riżoluzzjoni ta' 320 b'240 'pixel', — spazju għall-karta tal-Modulu tal-Identità tal-Abbonat (Subscriber Identity Module, SIM), — “interfaċċa” tal-infra-aħmar (infrared), — memorja interna, — buttuni tal-kontroll. L-istampi jiġu trasferiti għal ġol-memorja interna tal-apparat minn apparat kompatibbli (bħal telefown ċellulari, makkinarju għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta, jew kamera diġitali) permezz ta' sinjal infra-aħmar jew b'karta tas-SIM permezz tas-Servizz tal-Messaġġi Multimedjali (Multimedia Messaging Service, MMS). L-istampi jistgħu jiġu ttrasferiti wkoll mill-apparat għal fuq apparat kompatibbli permezz tas-sinjal infra-aħmar. L-apparat jappoġġa l-formati tal-JPEG u tal-GIF b'riżoluzzjoni massima ta' 1 024 b'728 pixel. L-apparat jista' juri l-istampi waħda waħda jew b'mod ta' sensiela ta' stampi (slideshow). Il-memorja interna tiegħu tista' żżomm sa 50 stampa. |
8528 59 70 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8528, 8528 59 u 8528 59 70. Hekk kif l-apparat huwa mfassal għall-fini li jwettaq tliet funzjonijiet fit-tifsira tan-Nota 3 tat-Taqsima XVI (rekordjar, riproduzzjoni u wiri ta' stampi fissi), dan għandu jiġi kklassifikat li huwa magħmul biss minn dak il-makkinarju li jwettaq il-funzjoni prinċipali. Minħabba l-kapaċità tiegħu li juri l-istampi, il-funzjoni ewlenija tal-apparat hija meqjusa li hi bħala moniter, li hija funzjoni individwali speċifikata fl-intestatura t-titlu bin-numru 8528. Il-fatt li s-sinjali ma jintwerewx direttament minn sorsi esterni ma jeskludix il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8528 peress li l-moniters ta' dik l-intestatura jistgħu jkunu kapaċi li jirċievu varjetà ta' sinjali minn sorsi differenti (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (Harmonised System Explanatory Notes, HSEN) għall-intestatura 8528, it-tielet paragrafu). Għaldaqstant l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 70 bħala moniters oħrajn. |
2. Apparat għar-rekordjar, ir-riproduzzjoni u l-wiri ta' stampi fissi u stampi tal-vidjows, kif ukoll għar-rekordjar u r-riproduzzjoni tal-ħoss (hekk imsejjaħ “inkwatru tar-ritratti diġitali”), ta' qisien globali ta' 33 cm (wisa') b'24,1 cm (għoli) b'4,1 cm (fond), li huwa magħmul mill-komponenti ewlenin li ġejjin f'qafas wieħed: — skrin tal-kulur tat-tip ta' apparat bil-kristalli likwidi (liquid crystal device, LCD) b'qisien djagonali tal-iskrin ta' 25,4 cm (10 pulzieri) u b'riżoluzzjoni ta' 800 b'480 pixel, — memorja interna b'kapaċità ta' ħażna ta' 128 MB, — spazji għall-karti tal-memorja, — lawdspikers li qegħdin ġo fih stess, — żewġ interfaċċi tal-USB, — buttuni tal-kontroll. Jappoġġa l-formati li ġejjin: — awdjo: MP3, — stampa fissa: JPEG, GIF, — vidjow: MPEG1, MPEG4, MOV, AVI. Tipi differenti ta' apparat tat-tip solid state għall-ħażna u li mhux volatili jistgħu jiddaħħlu ġol-ispazji għall-karti tal-memorja. L-istampi jistgħu jintwerew jew bħala stampa waħda, jew f'forma ta' sensiela ta' stampi (slideshow), jew f'forma ta' stampi mċekknin (thumbnails). |
8528 59 70 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8528, 8528 59 u 8528 59 70. Hekk kif l-apparat huwa mfassal għall-fini li jwettaq tliet funzjonijiet fit-tifsira tan-Nota 3 tat-Taqsima XVI (rekordjar, riproduzzjoni u wiri ta' stampi fissi), dan għandu jiġi kklassifikat li huwa magħmul biss minn dak il-makkinarju li jwettaq il-funzjoni prinċipali. Skont it-tfassil u l-kunċett tal-apparat, l-għan tiegħu hu li juri l-istampi fissi u dawk tal-vidjows. Ir-rekordjar ta' stampi fissi u stampi tal-vidjows għandu jitqies bħala funzjoni sekondarja tal-apparat. Għaldaqstant, il-funzjoni ewlenija tiegħu hija meqjusa li hi bħala moniter, li hija funzjoni individwali speċifikata fl-intestatura 8528. Il-fatt li s-sinjali ma jintwerewx direttament minn sorsi esterni ma jeskludix il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8528 peress li l-moniters ta' dik l-intestatura jistgħu jkunu kapaċi li jirċievu varjetà ta' sinjali minn sorsi differenti (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 8528, it-tielet paragrafu). L-apparat mhuwiex kapaċi li juri sinjali direttament minn makkinarju għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta peress li l-interfaċċi tal-USB jintużaw biss għat-trasferiment tal-midja fajls. Konsegwentament il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8528 51 00 u 8528 59 31 hija eskluża. Għaldaqstant l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 70 bħala moniters oħrajn. |
( 1 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.
( 2 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.