This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009D0861-20131127
Commission Decision of 30 November 2009 on transitional measures under Regulation (EC) No 853/2004 of the European Parliament and of the Council as regard the processing of non-compliant raw milk in certain milk processing establishments in Bulgaria (notified under document C(2009) 9282) (Text with EEA relevance) (2009/861/EC)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2009/861/KE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2009/861/KE)
2009D0861 — MT — 27.11.2013 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 314, 1.12.2009, p.83) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 121 |
10 |
18.5.2010 |
||
L 283 |
28 |
29.10.2010 |
||
L 143 |
41 |
31.5.2011 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Diċembru 2011 |
L 345 |
28 |
29.12.2011 |
|
L 169 |
73 |
21.6.2013 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Novembru 2013 |
L 316 |
50 |
27.11.2013 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/861/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel ( 2 ) jistipula regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġetti tal-ikel ibbażati fost oħrajn fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawk il-prinċipji. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta’ ikel li ġej mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti dwar l-iġjene tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib. |
(3) |
Skont il-punt (c) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (l-Att ta’ Adeżjoni), il-Bulgarija ngħatat perjodu tranżitorju, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009, għall-konformità ta ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib ma’ dawk ir-rekwiżiti iġjeniċi. |
(4) |
Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw il-ħalib nej li m’huwiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib mhux konformi”) huma elenkati fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni. Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw kemm il-ħalib konformi kif ukoll dak mhux konformi, sakemm dan l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati, huma elenkati fil-Kapitolu II ta’ dak l-Appendiċi. |
(5) |
L-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma mifruxa fit-territorju kollu tal-Bulgarija. Il-proporzjon ta’ ħalib nej li jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija, żdied biss bi ftit matul dawn l-aħħar snin. |
(6) |
B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni attwali, jixraq li tiġi prevista deroga b’limitu ta’ żmien mir-rekwiżiti dwar l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-ħsieb li dan jippermetti lill-Bulgarija tikkonforma s-settur tal-ħalib tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti. |
(7) |
Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004, ikomplu jipproċessaw anki wara l-31 ta’ Diċembru 2009 ħalib konformi u mhux konformi sakemm l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew ikomplu jipproċessaw il-ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati. |
(8) |
It-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandu, madankollu, ikun ristrett għall-Bulgarija jew jintuża għal iktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib koperti mid-deroga stipulata f’din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Il-perjodu tranżitorju mogħti minn din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għal 24 xahar mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib fil-Bulgarija għandha tiġi riveduta qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu. Għaldaqstant, il-Bulgarija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress fit-titjib tal-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li jfornu l-ħalib nej lill-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru u dwar is-sistema tal-ġbir u t-trasportazzjoni tal-ħalib mhux konformi. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “ħalib mhux konformi” jfisser ħalib nej li mhux konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 2
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal- ►M6 31 ta’ Diċembru 2015 ◄ , ħalib konformi u dak mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi u ta’ dak mhux konformi jsir fuq linji ta’ produzjoni separati.
Artikolu 3
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal- ►M6 31 ta’ Diċembru 2015 ◄ , ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzjoni separati.
Artikolu 4
Il-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandhom biss:
(a) jitqiegħdu fis-suq domestiku fil-Bulgarija; jew
(b) jintużaw għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija msemmija fl-Artikoli 2 u 3.
Dawn il-prodotti tal-ħalib għandu jkollhom marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa li tkun differenti mill-marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 4a
1. Il-Bulgarija għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li jonqos in-numru ta’ stabbilimenti li jipproduċu ħalib mhux konformi skont dan li ġej:
(a) sa qabel it-30 ta’ Novembru 2014, b’ta’ mill-inqas 30 % kif imqabbel man-numru ta’ dawk l-istabbilimenti rreġistrati fl-1 ta’ Settembru 2013;
(b) sa qabel il-31 ta’ Mejju 2015, b’ta’ mill-inqas 60 % kif ikkumparat man-numru ta’ dawk l-istabbilimenti rreġistrati fl-1 ta’ Settembru 2013.
2. Fil-każ li l-Bulgarija ma tissodisfax il-miri għat-tnaqqis fin-numru ta’ stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri xierqa.
Artikolu 5
1. Il-Bulgarija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni r-rapporti dwar il-miżuri li ttieħdu skont l-Artikolu 4a(1) u dwar il-progress li sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:
(a) l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;
(b) is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.
Ir-rapporti għall-2014 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014 u mill-31 ta’ Diċembru 2014, u r-rapporti għall-2015 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015 u mill-31 ta’ Ottubru 2015.
Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness III.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Annessi I u II isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal- ►M6 31 ta’ Diċembru 2015 ◄ .
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem l-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
1 |
BG 0612027 |
“Mlechen ray - 2” EOOD |
gr. Vratsa kv. “Bistrets” |
2 |
BG 0612043 |
ET “Zorov- 91 - Dimitar Zorov” |
gr. Vratsa Mestnost “Parshevitsa” |
3 |
BG 2112001 |
“Rodopeya - Belev” EOOD |
Ul. “Trakya” 20 Smolyan |
4 |
BG 1212001 |
“S i S - 7” EOOD |
gr. Montana“Vrachansko shose” 1 |
5 |
BG 2812003 |
“Balgarski yogurt” OOD |
s. Veselinovo, obl. Yambolska |
ANNESS II
Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem l-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
1 |
BG 2412037 |
“Stelimeks” EOOD |
s. Asen |
2 |
0912015 |
“Anmar” OOD |
s. Padina obsht. Ardino |
3 |
0912016 |
OOD “Persenski” |
s. Zhaltusha obsht. Ardino |
4 |
1012014 |
ET “Georgi Gushterov DR” |
s. Yahinovo |
5 |
1012018 |
“Evro miyt end milk” EOOD |
gr. Kocherinovo obsht. Kocherinovo |
6 |
1112017 |
ET “Rima-Rumen Borisov” |
s. Vrabevo |
7 |
1612049 |
“Alpina -Milk” EOOD |
s. Zhelyazno |
8 |
1612064 |
OOD “Ikay” |
s. Zhitnitsa obsht. Kaloyanovo |
9 |
2112008 |
MK “Rodopa milk” |
s. Smilyan obsht. Smolyan |
10 |
2412039 |
“Penchev” EOOD |
gr. Chirpanul. “Septemvriytsi” 58 |
11 |
2512021 |
“Keya-Komers-03” EOOD |
s. Svetlen |
12 |
0112014 |
ET “Veles-Kostadin Velev” |
gr. Razlogul. “Golak” 14 |
13 |
2312041 |
“Danim-D.Stoyanov” EOOD |
gr. Elin Pelin m-st Mansarovo |
14 |
0712001 |
“Ben Invest” OOD |
s. Kostenkovtsi obsht. Gabrovo |
15 |
1512012 |
ET “Ahmed Tatarla” |
s. Dragash voyvoda, obsht. Nikopol |
16 |
2212027 |
“Ekobalkan” OOD |
gr. Sofiabul “Evropa” 138 |
17 |
2312030 |
ET “Favorit- D.Grigorov” |
s. Aldomirovtsi |
18 |
2312031 |
ET “Belite kamani” |
s. Dragotintsi |
19 |
BG 1512033 |
ET “Voynov-Ventsislav Hristakiev” |
s. Milkovitsa obsht. Gulyantsi |
20 |
BG 1512029 |
“Lavena” OOD |
s. Dolni Dębnik obl. Pleven |
21 |
BG 1612028 |
ET “Slavka Todorova” |
s. Trud obsht. Maritsa |
22 |
BG 1612051 |
ET “Radev-Radko Radev” |
s. Kurtovo Konare obl. Plovdiv |
23 |
BG 1612066 |
“Lakti ko” OOD |
s. Bogdanitza |
24 |
BG 2112029 |
ET “Karamfil Kasakliev” |
gr. Dospat |
25 |
BG 0912004 |
“Rodopchanka” OOD |
s. Byal izvor obsht. Ardino |
26 |
0112003 |
ET “Vekir” |
s. Godlevo |
27 |
0112013 |
ET “Ivan Kondev” |
gr. Razlog Stopanski dvor |
28 |
0212037 |
“Megakomers” OOD |
s. Lyulyakovo obsht. Ruen |
29 |
0512003 |
SD “LAF-Velizarov i sie” |
s. Dabravka obsht. Belogradchik |
30 |
0612035 |
OOD “Nivego” |
s. Chiren |
31 |
0612041 |
ET “Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova” |
gr. Vratsaul. “Ilinden” 3 |
32 |
0612042 |
ET “Mlechen puls - 95 - Tsvetelina Tomova” |
gr. Krivodol ul. “Vasil Levski” |
33 |
1012008 |
“Kentavar” OOD |
s. Konyavo obsht. Kyustendil |
34 |
1212031 |
“ADL” OOD |
s. Vladimirovo obsht. Boychinovtsi |
35 |
1512006 |
“Mandra” OOD |
s. Obnova obsht. Levski |
36 |
1512008 |
ET “Petar Tonovski-Viola” |
gr. Koynareul. “Hr.Botev” 14 |
37 |
1512010 |
ET “Militsa Lazarova-90” |
gr. Slavyanovo,ul. “Asen Zlatarev” 2 |
38 |
1612024 |
SD “Kostovi - EMK” |
gr. Saedinenieul. “L.Karavelov” 5 |
39 |
1612043 |
ET “Dimitar Bikov” |
s. Karnare obsht. “Sopot” |
40 |
1712046 |
ET “Stem-Tezdzhan Ali” |
gr. Razgradul. “Knyaz Boris”23 |
41 |
2012012 |
ET “Olimp-P.Gurtsov” |
gr. Sliven m-t “Matsulka” |
42 |
2112003 |
“Milk- inzhenering” OOD |
gr.Smolyanul. “Chervena skala” 21 |
43 |
2112027 |
“Keri” OOD |
s. Borino, obsht. Borino |
44 |
2312023 |
“Mogila” OOD |
gr. Godech,ul. “Ruse” 4 |
45 |
2512018 |
“Biomak” EOOD |
gr. Omurtagul. “Rodopi” 2 |
46 |
2712013 |
“Ekselans” OOD |
s. Osmar, obsht. V. Preslav |
47 |
2812018 |
ET “Bulmilk-Nikolay Nikolov” |
s. General Inzovo, obl. Yambolska |
48 |
2812010 |
ET “Mladost-2-Yanko Yanev” |
gr. Yambol,ul. “Yambolen” 13 |
49 |
BG 1012020 |
ET “Petar Mitov-Universal” |
s. Gorna Grashtitsa obsht. Kyustendil |
50 |
BG 1112016 |
Mandra “IPZHZ” |
gr. Troyanul. “V.Levski” 281 |
51 |
BG 1712042 |
ET “Madar” |
s. Terter |
52 |
BG 0912011 |
ET “Alada-Mohamed Banashak” |
s. Byal izvor obsht. Ardino |
53 |
1112026 |
“ABLAMILK” EOOD |
gr. Lukovitul. “Yordan Yovkov” 13 |
54 |
1312005 |
“Ravnogor” OOD |
s. Ravnogor |
55 |
1712010 |
“Bulagrotreyd-chastna kompaniya” EOOD |
s. Yuper Industrialen kvartal |
56 |
2012011 |
ET “Ivan Gardev 52” |
gr. Kermenul. “Hadzhi Dimitar” 2 |
57 |
2012024 |
ET “Denyo Kalchev 53” |
gr. Slivenul. “Samuilovsko shose” 17 |
58 |
2112015 |
OOD “Rozhen Milk” |
s. Davidkovo, obsht. Banite |
59 |
2112026 |
ET “Vladimir Karamitev” |
s. Varbina obsht. Madan |
60 |
2312007 |
ET “Agropromilk” |
gr. Ihtimanul. “P.Slaveikov” 19 |
61 |
BG 1812008 |
“Vesi” OOD |
s. Novo selo |
62 |
BG 2512003 |
“Si Vi Es” OOD |
gr. Omurtag Promishlena zona |
63 |
BG 2612034 |
ET “Eliksir-Petko Petev” |
s. Gorski izvor |
64 |
0812030 |
“FAMA” AD |
gr. Dobrichbul. “Dobrudzha” 2 |
65 |
0912003 |
“Koveg-mlechni produkti” OOD |
gr. Kardzhali Promishlena zona |
66 |
1412015 |
ET “Boycho Videnov - Elbokada 2000” |
s. Stefanovo obsht. Radomir |
67 |
1712017 |
“Diva 02” OOD |
gr. Isperih ul. “An.Kanchev” |
68 |
1712037 |
ET “Ali Isliamov” |
s. Yasenovets |
69 |
1712043 |
“Maxima milk” OOD |
s. Samuil |
70 |
2012010 |
“Saray” OOD |
s. Mokren |
71 |
2012032 |
“Kiveks” OOD |
s.Kovachite |
72 |
2012036 |
“Minchevi” OOD |
s. Korten |
73 |
2212009 |
“Serdika -94” OOD |
gr. Sofia kv. Zheleznitza |
74 |
2312028 |
ET “Sisi Lyubomir Semkov” |
s. Anton |
75 |
2312033 |
“Balkan spetsial” OOD |
s. Gorna Malina |
76 |
2312039 |
EOOD “Laktoni” |
s. Ravno pole, obl. Sofiyska |
77 |
2412040 |
“Inikom” OOD |
gr. Galabovoul. “G.S.Rakovski” 11 |
78 |
2512011 |
ET “Sevi 2000- Sevie Ibryamova” |
s. Krepcha obsht. Opaka |
79 |
2612015 |
ET “Detelina 39” |
s. Brod |
80 |
2812002 |
“Arachievi” OOD |
s. Kirilovo, obl. Yambolska’ |
81 |
BG 1612021 |
ET “Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov” |
s. Briagovo obsht. Gulyantsi |
82 |
2012008 |
“Raftis” EOOD |
s. Byala |
83 |
2112023 |
ET “Iliyan Isakov” |
s. Trigrad obsht. Devin |
84 |
2312020 |
“MAH 2003” EOOD |
gr. Etropolebul. “Al. Stamboliyski” 21 |
ANNESS III
Formola għar-rapporti kif imsemmi fl-Artikolu 5
Reġjun |
Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 31.12.2009 |
Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 31.12.2009 |
% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 31.12.2009 |
Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.11.2010 |
Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.11.2010 |
% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.11.2010 |
Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.9.2011 |
Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.9.2011 |
% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.9.2011 |
Sommarju BU |
Reġjun |
Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 31.12.2009 |
Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009 |
% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009 |
Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.11.2010 |
Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010 |
% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010 |
Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.9.2011 |
Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011 |
% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011 |
Sommarju BG |
( 1 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
( 2 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.