This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22003A1224(01)
Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and the Republic of Azerbaijan amending the Agreement between the European Economic Community and the Republic of Azerbaijan on trade in textile products initialled in Brussels on 20 September 1993, as last amended by an agreement in the form of an Exchange of Letters initialled on 26 November 1999
Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fi Brussel fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999
Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fi Brussel fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999
ĠU L 340, 24.12.2003, p. 55–56
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004
Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0055 - 0056
Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fi Brussel fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999 A. Ittra mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea Sinjur, 1. Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999 (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim"). 2. In vista ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta' Diċembru 2003 u skond l-Artikolu 20(4) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea tipproponi li testendi d-durata tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena waħda, soġġett għall-emendi u għall-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.1. L-Anness I, li jistabbilixxi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra. 2.2. It-test ta' l-Artikolu 20(1), it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Ftehim, għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej: "Għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2004." 2.3. Il-Kategoriji tat-tessili 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 12, 13, 20 u 136 għandhom jiġu eżentati mis-sistema ta' kontroll doppju msemmija fl-Artikolu 2(3) tal-Ftehim u speċifikat fil-Protokoll A. Jekk, f'sena partikolari, l-livelli ta' importazzjonijiet ta' prodotti ta' dawn il-kategoriji ta' tessili jeċċedu r-rati speċifikati fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, is-sistema ta' kontroll doppju tiġi awtomatikament introdotta mill-ġdid għal dawn il-kategoriji. 3. Fil-każ li r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan issir membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel id-data ta' l-iskadenza tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2(2) sa (6), 3, 6, 7, 8, 9, 11 sa 19, il-Protokoll A, il-Protokoll B, il-Protokoll Ċ, il-Minuta Miftiehma Nru 1, il-Minuta Miftiehma Nru 2, il-Minuta Miftiehma Nru 3 u l-Minuta Miftiehma Nru 4 għandhom jibqgħu jkunu applikabbli bħala arranġamenti amministrattivi fis-sens ta' l-Artikolu 2(17) tal-Ftehim WTO dwar Tessili u Lbies. 4. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta' dan ta' qabel. F'dak il-każ, din l-Ittra flimkien ma' l-Appendiċi tagħha u l-Ittra ta' Aċċettazzjoni tiegħek jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan l-iskop ġew ikkompletati. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2004 taħt kondizzjonijiet ta' reċiproċità. Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea Appendiċi 1 L-Anness I mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ażerbajġan dwar il-kummerċ fi prodotti tessili mibdi fl-20 ta’ Settembru 1993, li jikkontjeni l-kategorija u d-deskrizzjonijiet ta’ merkanzija għal prodotti tessili, huwa sostitwit mill-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 [1]. Huwa mifhum illi, mingħajr preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, l-kliem tad-deskrizzjoni ta’ merkanzija huwa kunsidrat bħala ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-prodotti koperti minn kull kategorija huma determinati f’dak l-Anness minn kodiċi NM. Fejn hemm simbolu "ex" quddiem kodiċi NM, il-prodotti koperti f’kull kategorija huma determinati mill-qasam ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti. B. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan Sinjur Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek ta'… li taqra kif gej: "Sinjur, 1. Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999 (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim"). 2. In vista ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta' Diċembru 2003 u skond l-Artikolu 20(4) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea tipproponi li testendi d-durata tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena waħda, soġġett għall-emendi u għall-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.1. L-Anness I, li jistabbilixxi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra. 2.2. It-test ta' l-Artikolu 20(1), it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Ftehim għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej: "Għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2004." 2.3. Il-Kategoriji tat-tessili 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 12, 13, 20 u 136 għandhom jiġu eżentati mis-sistema ta' kontroll doppju imsemmija fl-Artikolu 2(3) tal-Ftehim u speċifikati fil-Protokoll A. Jekk, f'sena partikolari, l-livelli ta' importazzjonijiet ta' prodotti ta' dawn il-kategoriji ta' tessili jeċċedu r-rati speċifikati fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, is-sistema ta' kontroll doppju tiġi awtomatikament introdotta mill-ġdid għal dawn il-kategoriji. 3. Fil-każ li r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan issir membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel id-data ta' l-iskadenza tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2(2) sa (6), 3, 6, 7, 8, 9, 11 sa 19, il-Protokoll A, il-Protokoll B, il-Protokoll Ċ, il-Minuta Miftiehma Nru 1, il-Minuta Miftiehma Nru 2, il-Minuta Miftiehma Nru 3 u l-Minuta Miftiehma Nru 4 għandhom jibqgħu jkunu applikabbli bħala arranġamenti amministrattivi fis-sens ta' l-Artikolu 2(17) tal-Ftehim WTO dwar Tessili u Lbies. 4. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta' dan ta' qabel. F'dak il-każ, din l-Ittra flimkien ma' l-Appendiċi tagħha u l-Ittra ta' Aċċettazzjoni tiegħek jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan l-iskop ġew ikkompletati. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2004 taħt kondizzjonijiet ta' reċiproċità. Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi." Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek. Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan [1] Fl-2002 dan l-Anness kien pubblikat f’GU L 357, 31.12.2002. --------------------------------------------------