This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0048R(01)
Corrigendum to Directive 2009/48/EC of the European Parliament and of the Council of 18 June 2009 on the safety of toys ( OJ L 170, 30.6.2009 )
Rettifika għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli ( ĠU L 170, 30.6.2009 )
Rettifika għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli ( ĠU L 170, 30.6.2009 )
ĠU L 355, 31.12.2013, p. 92–93
(CS, EL, IT, PL, RO, SK)
ĠU L 355, 31.12.2013, p. 92–92
(BG, ES, DA, ET, EN, LV, LT, HU, MT, NL, PT, SL, SV)
ĠU L 355, 31.12.2013, p. 92–94
(DE, FR)
ĠU L 355, 31.12.2013, p. 92–95
(FI)
31.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355/92 |
Rettifika għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tat-30 ta’ Ġunju 2009 )
F’paġna 19, Artikolu 53(2):
minflok:
“…, sakemm dawn il-ġugarelli jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Direttiva 88/378/KEE u …”;
aqra:
“…, sakemm dawn il-ġugarelli jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fit-taqsima 3 tal-Parti II tal-Anness II tad-Direttiva 88/378/KEE u …”.
F'paġna 19, Artikolu 55, l-ewwel paragrafu:
minflok:
“Id-Direttiva 88/378/KEE, ħlief l-Artikolu 2(1) u l-Parti 3 tal-Anness II, hija revokata b’effett mill-20 ta’ Lulju 2011. L-Artikolu 2(1) u l-Parti 3 tal-Anness II, għandhom jiġu revokati b’effett l-20 ta’ Lulju 2013”;
aqra:
“Id-Direttiva 88/378/KEE, ħlief l-Artikolu 2(1) u t-taqsima 3 tal-Parti II tal-Anness II, hija revokata b’effett mill-20 ta’ Lulju 2011. L-Artikolu 2(1) u t-taqsima 3 tal-Parti II tal-Anness II, għandhom jiġu revokati b’effett mill-20 ta’ Lulju 2013”.
F'paġna 23, Anness II, punt III. 5, l-ewwel inċiż:
minflok:
“B’deroga mill-punt 3, sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala CMR tal-kategoriji mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Appendiċi B jistgħu jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli sakemm:”;
aqra:
“B’deroga mill-punt 3, sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala CMR tal-kategoriji mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Appendiċi B jistgħu jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli sakemm tiġi sodisfatta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:”.