Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D1110(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ottubru 2010 li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2012

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ottubru 2010

li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

2010/C 304/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Awstrjak,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sur Peter KREIML.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:

RAPPREŻENTANT TAL-GVERN:

AWSTRIJA: Is-Sur Reinhard NÖBAUER

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.


Top
  翻译: