This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1091
Commission Implementing Regulation (EU) No 1091/2012 of 21 November 2012 fixing the allocation coefficient to be applied to applications for import licences lodged from 9 November to 16 November 2012 under subquota III in the context of the tariff quota opened by Regulation (EC) No 1067/2008 for common wheat of a quality other than high quality
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1091/2012 tal- 21 ta’ Novembru 2012 li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mid- 9 ta' Novembru sas- 16 ta' Novembru 2012 skont il-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1091/2012 tal- 21 ta’ Novembru 2012 li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mid- 9 ta' Novembru sas- 16 ta' Novembru 2012 skont il-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri
ĠU L 323, 22.11.2012, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1091/2012
tal-21 ta’ Novembru 2012
li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mid-9 ta' Novembru sas-16 ta' Novembru 2012 skont il-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament "Waħdieni dwar l-OKS") (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 3 112 030 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam f'erba' subkwoti. |
(2) |
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jaqsam is-subkwota III (numru tas-serje 09.4125) f'erba' subperjodi trimestrali u ffissa l-kwantità ta' 594 596 tunnellata għas-subperjodu nru 4, għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2012. |
(3) |
Mill-komunikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jidher li t-talbiet, magħmula skont l-Artikolu 4(1)(2) tal-imsemmi Regolament, mis-13:00, ħin ta' Brussell, tad-9 ta' Novembru 2012 sas-13:00, ħin ta' Brussell, tas-16 ta' Novembru 2012, jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-perjodu kurrenti tal-kwota. |
(5) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kull talba għal liċenzja għall-importazzjoni tas-subkwota III msemmija skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mid-9 ta' Novembru 2012 mis-13:00 sas-16 ta' Novembru 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 50 %.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mis-16 ta' Novembru 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tas-subkwota III msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għall-perjodu attwali tal-kwota.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.