This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1400
Commission Implementing Regulation (EU) No 1400/2013 of 18 December 2013 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Τοματάκι Σαντορίνης (Tomataki Santorinis) (PDO))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1400/2013 tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Τοματάκι Σαντορίνης (Tomataki Santorinis) (DPO)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1400/2013 tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Τοματάκι Σαντορίνης (Tomataki Santorinis) (DPO)]
ĠU L 349, 21.12.2013, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/59 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1400/2013
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Τοματάκι Σαντορίνης (Tomataki Santorinis) (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2), il-punt a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Greċja biex id-denominazzjoni “Τοματάκι Σαντορίνης” (Tomataki Santorinis) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Τοματάκι Σαντορίνης” (Tomataki Santorinis) għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 167, 13.6.2013, p. 22.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
IL-GREĊJA
Τοματάκι Σαντορίνης (Tomataki Santorinis) (DPO)