16.7.2015
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
|
L 188/45
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1169
tal-14 ta' Lulju 2015
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2015) 4712)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1)
|
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.
|
(2)
|
F'Mejju 2015, il-Polonja (il-gmina (muniċipalità) ta' Michalowo) innotifikat numru ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali, u warajha nnotifikaw ukoll il-Litwanja (ir-rajono savivaldybė (distrett) ta' Prienai u Kėdainiai) u l-Estonja (il-vald (muniċipalità) ta' Türi) fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet seħħew fiż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness jew f'żoni elenkati fil-Partijiet II u III li kienu qrib il-Parti I.
|
(3)
|
L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju li ġġib is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, biex jiġi evitat xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE biex tqis is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali rigward dik il-marda f'dawk it-tliet Stati Membri.
|
(4)
|
Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex jiġu modifikati ż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja.
|
(5)
|
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
1.
|
L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
—
|
il-linn (il-belt) ta' Kunda,
|
—
|
il-maakond (il-kontea) ta' Jõgeva,
|
—
|
il-maakond ta' Põlvamaa,
|
—
|
il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi,
|
—
|
il-vald ta' Häädemeeste,
|
—
|
il-vald ta' Järva-Jaani,
|
—
|
il-vald ta' Järvakandi,
|
—
|
il-vald ta' Peipsiääre,
|
—
|
il-vald ta' Piirissaare,
|
—
|
il-vald ta' Roosna-Alliku,
|
—
|
il-vald ta' Tahkuranna,
|
—
|
il-vald ta' Vastseliina,
|
—
|
il-vald ta' Viru-Nigula,
|
|
2.
|
Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
—
|
fin-novads (il-muniċipalità) ta' Alūksnes, il-pagasts (il-lokalitajiet) ta' Ilzenes, Zeltiņu, Kalncempju, Annas, Malienas, Jaunannas, Mālupes u Liepnas,
|
—
|
fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Virešu,
|
—
|
fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Krimuldas,
|
—
|
in-novads ta' Aizkraukles,
|
—
|
in-novads ta' Baltinavas,
|
—
|
in-novads ta' Gulbenes,
|
—
|
in-novads ta' Ikšķiles,
|
—
|
in-novads ta' Inčukalna,
|
—
|
in-novads ta' Jaunjelgavas,
|
—
|
in-novads ta' Jaunpiepalgas,
|
—
|
in-novads ta' Lielvārdes,
|
—
|
in-novads ta' Līgatnes,
|
—
|
in-novads ta' Priekuļu,
|
—
|
in-novads ta' Siguldas,
|
—
|
in-novads ta' Skrīveru,
|
—
|
in-novads ta' Smiltenes,
|
—
|
in-novads ta' Vecpiebalgas,
|
—
|
in-novads ta' Vecumnieku,
|
—
|
in-novads ta' Viesītes,
|
|
3.
|
Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
—
|
fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių
|
—
|
fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,
|
—
|
fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių,
|
—
|
fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,
|
—
|
fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,
|
—
|
is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Kalvarija,
|
—
|
is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,
|
—
|
is-savivaldybė ta' Marijampole.
|
|
4.
|
Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ ‘województwo podlaskie’):
—
|
il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat (id-distrett) ta' Augustów,
|
—
|
il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białystok,
|
—
|
il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' Hajnówka,
|
—
|
il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze,
|
—
|
il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie.
|
—
|
il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny,
|
—
|
il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' Suwałki,
|
—
|
il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrow,
|
—
|
il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka,
|
—
|
il-powiat ta' Białystok,
|
|
PARTI II
1.
|
L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
—
|
il-linn (il-belt) ta' Vändra,
|
—
|
il-maakond (il-kontea) ta' Ida-Virumaa,
|
—
|
il-maakond ta' Valgamaa,
|
—
|
il-vald (il-muniċipalità) ta' Abja,
|
—
|
il-vald ta' Kolga-Jaani,
|
—
|
il-vald ta' Saarepeedi,
|
—
|
il-vald ta' Suure-Jaani,
|
|
2.
|
Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
—
|
fin-novads (il-muniċipalità) ta' Alūksnes, il-pagasti (il-lokalitajiet) ta' Veclaicenes, Jaunlaicenes, Ziemeru, Alsviķu, Mārkalnes, Jaunalūksnes u Pededzes,
|
—
|
fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Gaujienas, Trapenes u Apes,
|
—
|
fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas,
|
—
|
in-novads ta' Aknīstes,
|
—
|
in-novads ta' Cesvaines,
|
—
|
in-novads ta' Ilūkstes,
|
—
|
in-novads ta' Jēkabpils,
|
—
|
in-novads ta' Kokneses,
|
—
|
in-novads ta' Krustpils,
|
—
|
in-novads ta' Mazsalacas,
|
—
|
in-novads ta' Pārgaujas,
|
—
|
in-novads ta' Salacgrīvas,
|
—
|
in-novads ta' Varakļānu,
|
—
|
ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils,
|
—
|
ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.
|
|
3.
|
Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
—
|
fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,
|
—
|
fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius,
|
—
|
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių uVelžio,
|
—
|
l-apskritis (il-kontea) ta' Alytus,
|
—
|
il-miesto savivaldybė (il-belt) ta' Kaunas,
|
—
|
il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,
|
—
|
il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Biržai,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Jonava,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Kaunas,
|
—
|
ir-rajono savivaldybe ta' Kedainiai;
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Šalcininkai,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Ukmerge,
|
—
|
ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,
|
—
|
is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Birštonas,
|
—
|
is-savivaldybė ta' Elektrenai.
|
|
4.
|
Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ ‘województwo podlaskie’):
—
|
il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białostok,
|
—
|
il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka,
|
—
|
il-gminy ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat ta' Sejny,
|
—
|
il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów,
|
—
|
il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' Hajnowka.
|
|
PARTI III
1.
|
Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
—
|
in-novads (il-muniċipalità) ta' Aglonas,
|
—
|
in-novads ta' Beverīinas,
|
—
|
in-novads ta' Burtnieku,
|
—
|
in-novads ta' Daugavpils,
|
—
|
in-novads ta' Kārsavas,
|
—
|
in-novads ta' Krāslavas,
|
—
|
in-novads ta' Naukšēnu,
|
—
|
in-novads ta' Rēzeknes,
|
—
|
in-novads ta' Rūjienas,
|
—
|
in-novads ta' Vārkavas,
|
—
|
ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Daugavpils,
|
—
|
ir-republikas pilsēta of Rēzekne.
|
|
2.
|
Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
—
|
fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai, il-parti tas-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Nru 118,
|
—
|
fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Šimonys u Skapiškis,
|
—
|
ir-rajono savivaldybe ta' Ignalina,
|
—
|
ir-rajono savivaldybe ta' Moletai,
|
—
|
ir-rajono savivaldybe ta' Rokiškis,
|
—
|
ir-rajono savivaldybe ta' Švencionys,
|
—
|
ir-rajono savivaldybe ta' Utena,
|
—
|
ir-rajono savivaldybe ta' Zarasai,
|
—
|
is-savivaldybe (il-muniċipalità) ta' Visaginas.
|
|
3.
|
Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ ‘województwo podlaskie’):
—
|
il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok,
|
—
|
il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' Sokółka.
|
|
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
iż-żoni kollha ta' Sardinja.”