This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1372
Commission Implementing Decision (EU) 2016/1372 of 10 August 2016 amending the Annex to Implementing Decision 2014/709/EU concerning animal health control measures relating to African swine fever in certain Member States, as regards the entries for Latvia and Poland (notified under document C(2016) 5319) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1372 tal-10 ta' Awwissu 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għal-Latvja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 5319) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1372 tal-10 ta' Awwissu 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għal-Latvja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 5319) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/5319
ĠU L 217, 12.8.2016, p. 38–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021
12.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1372
tal-10 ta' Awwissu 2016
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għal-Latvja u għall-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2016) 5319)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċertu żoni tal-Latvja u tal-Polonja. |
(2) |
F'Awwissu tal-2016, fiż-żona ta' Tukums fil-Latvja nstab id-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi. Din iż-żona hija elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u tinsab viċin ħafna taż-żoni mingħajr restrizzjoni tal-Latvja. F'Awwissu tal-2016, kien hemm tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'Gulbenes fil-Latvja fil-parti II tal-Anness tagħha. Din it-tieni tifqigħa tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċertu żoni tal-Latvja mniżżla fil-Parti I issa għandhom jitniżżlu fil-Parti II, ċerti żoni ġodda tal-Latvja għandhom jiġu inklużi fil-lista fil-Parti I u ċertu żoni tal-Latvja mniżżla fil-Parti II għandhom jiġu inklużi fil-lista fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(3) |
F'Awwissu tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'Wysokomazowiecki fil-Polonja, f'żona li hija attwalment elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. L-okkorrenza ta' din it-tifqigħa, flimkien mal-assenza ta' ċirkolazzjoni tal-vajrus tal-marda f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi fi prossimità tat-tifqigħa jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat. F'Awwissu tal-2016, kien hemm tifqigħa oħra tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'Siemiatycki fil-Polonja qrib ħafna tal-fruntiera mal-Belarus. Din it-tieni tifqigħa, flimkien mas-sitwazzjoni mhux magħrufa fil-pajjiż terz ġar, tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċertu żoni tal-Polonja mniżżla fil-Parti I issa għandhom jitniżżlu fil-Parti III u ċertu żoni ġodda tal-Polonja għandhom jiġu inklużi fil-lista fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(4) |
L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat fis-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fil-Latvja u fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Latvja u fil-Polonja. |
(5) |
Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
1. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes, |
— |
fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele, |
— |
fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas, |
— |
fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules, |
— |
fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Lubes, Īves, Valdgales, Ģibuļu, Lībagu, Laidzes, Ārlavas, Abavas, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, Stende u Valdemārpils, |
— |
in-novads ta' Brocēnu, |
— |
in-novads ta' Dundagas, |
— |
in-novads ta' Jaunpils, |
— |
in-novads ta' Rojas, |
— |
in-novads ta' Rundāles, |
— |
in-novads ta' Stopiņu, |
— |
in-novads ta' Tērvetes, |
— |
il-pilsēta ta' Bauska. |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jelgava, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala. |
2. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis, |
— |
is-savivaldybė ta' Kalvarija, |
— |
is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda, |
— |
is-savivaldybė ta' Marijampolė. |
3. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
|
Fil-województwo podlaskie:
|
|
Fil-województwo mazowieckie:
|
|
Fil-województwo lubelskie:
|
PARTI II
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Kallaste, |
— |
il-linn ta' Rakvere, |
— |
il-linn ta' Tartu, |
— |
il-linn ta' Viljandi, |
— |
il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija), |
— |
il-maakond ta' Ida-Virumaa, |
— |
il-maakond ta' Läänemaa, |
— |
il-maakond ta' Pärnumaa, |
— |
il-maakond ta' Põlvamaa, |
— |
il-maakond ta' Raplamaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20), |
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Abja, |
— |
il-vald ta' Alatskivi, |
— |
il-vald ta' Avanduse, |
— |
il-vald ta' Haaslava, |
— |
il-vald ta' Haljala, |
— |
il-vald ta' Halliste, |
— |
il-vald ta' Kambja, |
— |
il-vald ta' Karksi, |
— |
il-vald ta' Koonga, |
— |
il-vald ta' Kõpu, |
— |
il-vald ta' Laekvere, |
— |
il-vald ta' Luunja, |
— |
il-vald ta' Mäksa, |
— |
il-vald ta' Märjamaa, |
— |
il-vald ta' Meeksi, |
— |
il-vald ta' Peipsiääre, |
— |
il-vald ta' Piirissaare, |
— |
il-vald ta' Rägavere, |
— |
il-vald ta' Rakvere, |
— |
il-vald ta' Saksi, |
— |
il-vald ta' Sõmeru, |
— |
il-vald ta' Vara, |
— |
il-vald ta' Vihula, |
— |
il-vald ta' Võnnu. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu, |
— |
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules, |
— |
fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98, |
— |
fin-novads ta' Gulbenes il-pagasti ta' Lejasciema, Lizuma, Rankas, Druvienas, Tirzas u Līgo, |
— |
fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes, |
— |
fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava, |
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas, |
— |
fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes, |
— |
fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu u Strazdes, |
— |
in-novads ta' Ādažu, |
— |
in-novads ta' Aizkraukles, |
— |
in-novads ta' Aknīstes, |
— |
in-novads ta' Alūksnes, |
— |
in-novads ta' Amatas, |
— |
in-novads ta' Apes, |
— |
in-novads ta' Babītes, |
— |
in-novads ta' Baldones, |
— |
in-novads ta' Baltinavas, |
— |
in-novads ta' Carnikavas, |
— |
in-novads ta' Cēsu, |
— |
in-novads ta' Cesvaines, |
— |
in-novads ta' Engures, |
— |
in-novads ta' Ērgļu, |
— |
in-novads ta' Garkalnes, |
— |
in-novads ta' Iecavas, |
— |
in-novads ta' Ikšķiles, |
— |
in-novads ta' Ilūkstes, |
— |
in-novads ta' Inčukalna, |
— |
in-novads ta' Jaunjelgavas, |
— |
in-novads ta' Jaunpiebalgas, |
— |
in-novads ta' Jēkabpils, |
— |
in-novads ta' Ķeguma, |
— |
in-novads ta' Ķekavas, |
— |
in-novads ta' Kocēnu, |
— |
in-novads ta' Kokneses, |
— |
in-novads ta' Krimuldas, |
— |
in-novads ta' Krustpils, |
— |
in-novads ta' Lielvārdes, |
— |
in-novads ta' Līgatnes, |
— |
in-novads ta' Līvānu, |
— |
in-novads ta' Lubānas, |
— |
in-novads ta' Madonas, |
— |
in-novads ta' Mālpils, |
— |
in-novads ta' Mārupes, |
— |
in-novads ta' Preiļu, |
— |
in-novads ta' Neretas, |
— |
in-novads ta' Ogres, |
— |
in-novads ta' Olaines, |
— |
in-novads ta' Ozolnieki, |
— |
in-novads ta' Pārgaujas, |
— |
in-novads ta' Pļaviņu, |
— |
in-novads ta' Priekuļu, |
— |
in-novads ta' Raunas, |
— |
in-novads ta' Ropažu, |
— |
in-novads ta' Salas, |
— |
in-novads ta' Salaspils |
— |
in-novads ta' Saulkrastu, |
— |
in-novads ta' Sējas, |
— |
in-novads ta' Siguldas, |
— |
in-novads ta' Skrīveru, |
— |
in-novads ta' Smiltenes, |
— |
in-novads ta' Tukuma, |
— |
in-novads ta' Varakļānu, |
— |
in-novads ta' Vecpiebalgas, |
— |
in-novads ta' Vecumnieku, |
— |
in-novads ta' Viesītes, |
— |
in-novads ta' Viļakas, |
— |
il-pilsēta ta' Limbaži. |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils; |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Valmiera, |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru. 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Alytus, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio, |
— |
fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaunas, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Prienai, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Vilnius, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Biržai, |
— |
is-savivaldybė ta' Druskininkai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai, |
— |
is-savivaldybė ta' Birštonas, |
— |
is-savivaldybė ta' Visaginas. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-podlaskie województwo:
— |
il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki, |
— |
il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski, |
— |
il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski, |
— |
il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski, |
— |
il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski. |
PARTI III
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Elva, |
— |
il-linn ta' Võhma, |
— |
il-maakond ta' Jõgevamaa, |
— |
il-maakond ta' Järvamaa, |
— |
il-maakond ta' Valgamaa, |
— |
il-maakond ta' Võrumaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), |
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Aegviidu, |
— |
il-vald ta' Anija, |
— |
il-vald ta' Kadrina, |
— |
il-vald ta' Kolga-Jaani, |
— |
il-vald ta' Konguta, |
— |
il-vald ta' Kõo, |
— |
il-vald ta' Laeva, |
— |
il-vald ta' Nõo, |
— |
il-vald ta' Paistu, |
— |
il-vald ta' Puhja, |
— |
il-vald ta' Rakke, |
— |
il-vald ta' Rannu, |
— |
il-vald ta' Rõngu, |
— |
il-vald ta' Saarepeedi, |
— |
il-vald ta' Tapa, |
— |
il-vald ta' Tähtvere, |
— |
il-vald ta' Tarvastu, |
— |
il-vald ta' Ülenurme, |
— |
il-vald ta' Väike-Maarja. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu u Balvu, |
— |
fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes u Stāmerienas, |
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru, |
— |
fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas, |
— |
in-novads ta' Aglonas, |
— |
in-novads ta' Alojas, |
— |
in-novads ta' Beverīnas, |
— |
in-novads ta' Burtnieku, |
— |
in-novads ta' Ciblas, |
— |
in-novads ta' Dagdas, |
— |
in-novads ta' Daugavpils, |
— |
in-novads ta' Kārsavas, |
— |
in-novads ta' Krāslavas, |
— |
in-novads ta' Ludzas, |
— |
in-novads ta' Mazsalacas, |
— |
in-novads ta' Naukšēnu, |
— |
in-novads ta' Preiļu, |
— |
in-novads ta' Rēzeknes, |
— |
in-novads ta' Riebiņu, |
— |
in-novads ta' Rūjienas, |
— |
in-novads ta' Strenču, |
— |
in-novads ta' Valkas, |
— |
in-novads ta' Vārkavas, |
— |
in-novads ta' Viļānu, |
— |
in-novads ta' Zilupes, |
— |
il-pilsēta ta' Ainaži, |
— |
il-pilsēta ta' Salacgrīva. |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils; |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne. |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų, |
— |
is-savivaldybė ta' Elektrėnai, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Jonava, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
— |
ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Trakai, |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
— |
il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat hajnowski, |
— |
il-gminy ta' Mielnik, Nurzec-Stacja, Siemiatycze mal-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki. |
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
— |
iż-żoni kollha ta' Sardenja.” |