This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1694
Council Implementing Decision (CFSP) 2016/1694 of 20 September 2016 implementing Decision (CFSP) 2015/1333 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1694 tal-20 ta' Settembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1694 tal-20 ta' Settembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ĠU L 255, 21.9.2016, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/33 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1694
tal-20 ta' Settembru 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill wettaq rieżami sħiħ tal-listi ta' persuni u entitajiet li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Għandha titneħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni fiżiċi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fit-taqsima A tal-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(4) |
L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma b'dan emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
ANNESS
I. |
L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra mil-lista li tinsab fit-taqsima A tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333: A. Persuni
|
II. |
L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra mil-lista li tinsab fit-taqsima A tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333: A. Persuni
|