This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1278
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1278 of 14 July 2017 approving 2-methylisothiazol-3(2H)-one as an existing active substance for use in biocidal products of product-type 11 (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1278 tal-14 ta' Lulju 2017 li japprova t-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1278 tal-14 ta' Lulju 2017 li japprova t-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/4927
ĠU L 184, 15.7.2017, p. 30–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1278
tal-14 ta' Lulju 2017
li japprova t-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi t-2-metilisotijażol-3(2H)-on. |
(2) |
It-2-metilisotijażol-3 (2H)-on ġiet evalwata għall-użu fil-prodotti tat-tip ta' prodott 11, preservattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(3) |
Is-Slovenja nħatret bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u ppreżentat ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha fis-7 ta' April 2016. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet fformulata fil-15 ta' Diċembru 2016 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, b'kont meħud tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11 li fihom it-2-metilisotijażol-3(2H)-on jistgħu jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dment li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
(6) |
Għalhekk, jixraq li t-2-metilisotijażol-3(2H)-on tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
(7) |
Billi t-2-metilisotijażol-3(2H)-on tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda tas-subkategorija 1A kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-oġġetti ttrattati bit-2-metilisotijażol-3(2H)-on jew li jinkorporaw it-2-metilisotijażol-3(2H)-on, jenħtieġ li jiġu ttikkettati kif xieraq meta jitqiegħdu fis-suq. |
(8) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tiġi approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-2-metilisotijażol-3(2H)-on hija approvata bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
ANNESS
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta' Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
2-metilisotijażol-3(2H)-on |
Isem tal-IUPAC: 2-metilisotijażol-3(2H)-on Nru tal-KE: 220-239-6 Nru tal-CAS: 2682-20-4 |
950 g/kg |
l-1 ta' Jannar 2019 |
il-31 ta' Diċembru 2028 |
11 |
L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja: Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bit-2-metilisotijażol-3(2H)-on, jew li jinkorpora t-2-metilisotijażol-3(2H)-on, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tagħti l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.