This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1478
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1478 of 16 August 2017 amending Annex I to Regulation (EC) No 1439/95, Annex III to Regulation (EC) No 748/2008 and Annex III to Implementing Regulation (EU) No 593/2013 as regards the authority empowered to issue documents and certificates in Argentina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1478 tas-16 ta' Awwissu 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 fir-rigward tal-awtorità awtorizzata li toħroġ dokumenti u ċertifikati fl-Arġentina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1478 tas-16 ta' Awwissu 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 fir-rigward tal-awtorità awtorizzata li toħroġ dokumenti u ċertifikati fl-Arġentina
C/2017/5623
ĠU L 211, 17.8.2017, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1478
tas-16 ta' Awwissu 2017
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 fir-rigward tal-awtorità awtorizzata li toħroġ dokumenti u ċertifikati fl-Arġentina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 tat-30 ta' Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2013 tal-21 ta' Ġunju 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi esportaturi awtorizzati li joħorġu dokumenti tal-oriġini. |
(2) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008, jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina awtorizzati li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità. |
(3) |
L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi esportaturi awtorizzati li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità. |
(4) |
L-Arġentina nnotifikat lill-Kummissjoni li mis-26 ta' Ġunju 2017 l-awtorità ġdida awtorizzata li toħroġ id-dokumenti tal-oriġini u ċ-ċertifikati tal-awtentiċità taċ-ċanga, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż li joriġinaw fl-Arġentina hija l-Ministeru tal-Agrikoltura. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika minn din id-data. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-annotazzjoni Nru 1. hija sostitwita b'dan li ġej:
“1. |
L-Arġentina: Il-Ministerio de Agroindustria” |
Artikolu 2
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS III
Lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati tal-awtentiċità
L-Arġentina: Il-Ministerio de Agroindustria:
għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a).
Artikolu 3
Fl-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:
“— |
MINISTERIO DE AGROINDUSTRIA: għal-laħam li joriġina mill-Arġentina:
|
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7.
(4) ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.
(5) ĠU L 170, 22.6.2013, p. 32.