This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1301
Council Implementing Regulation (EU) 2021/1301 of 5 August 2021 implementing Regulation (EU) No 1284/2009 imposing certain specific restrictive measures in respect of the Republic of Guinea
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1301 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1301 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea
ST/11030/2021/INIT
ĠU L 283, 6.8.2021, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1301
tal-5 ta’ Awwissu 2021
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009. |
(2) |
L-informazzjoni dwar ħames persuni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
ANNESS
Fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(3)”, l-entrati 1 sa 5 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
“1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
Data tat-twelid: 1.1.64 jew 29.12.1968 Numru tal-passaport: R0001318 Sess: raġel Indirizz: Ouagadougou (Burkina Faso) Funzjoni jew professjoni: Eks militar u kap tal-ġunta militari tas-CNDD (Conseil National pour la Democratie et le Developpement) |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
2. |
Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA Psewdonimu: Moussa Tiégboro CAMARA |
Data tat-twelid: 1.1.68 Numru tal-passaport: 7190 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: Segretarju Ġenerali, Presidenza tar-Repubblika tal-Guinea |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
3. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
Data tat-twelid: 26.2.1957 Numru tal-passaport: 13683 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: tabib militari |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
4. |
Kaptan Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ |
Sess: raġel Indirizz: Conakry (Ir-Repubblika tal-Guinea) Funzjoni jew professjoni: eks militari. Informazzjoni oħra: f’detenzjoni |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
5. |
Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonimu Coplan) |
Data tat-twelid: 1.1.1960 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: Ministru inkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea” |