This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0677
Proposal for a Council Regulation adapting Regulation (EC) No 1782/2003 establishing common rules for direct support schemes under the common agricultural policy and establishing certain support schemes for farmers, Regulation (EC) No 318/2006 on the common organisation of the markets in the sugar sector and Regulation (EC) No 320/2006 establishing a temporary scheme for the restructuring of the sugar industry in the Community, by reason of the accession of Bulgaria and Romania to the European Union
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità, minħabba l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u tar-Rumanija
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità, minħabba l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u tar-Rumanija
/* KUMM/2006/0677 finali - CNS 2006/0226 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.11.2006 KUMM(2006) 677 finali 2006/0226 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità, minħabba l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u tar-Rumanija (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Fl-20 ta' Frar 2006, il-Kunsill adotta regolamenti ġodda dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor[1]. Dawn ir-regolamenti ma jikkunsidrawx ir-riżultati tan-negozjar ta' l-adeżjoni. Għalhekk jinħtieġ li t-testi jiġu adattati mar-regolamenti ġodda taz-zokkor qabel l-adeżjoni biex jiġi żgurat li huma kompatibbli ma' l-Att ta' l-Adeżjoni. Barra minn hekk, wara l-kampanja ta' l-2005/06 ġew infurzati ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar iż-żrieragħ u dawn għandhom jiġu adattati fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Speċifikament, fil-każ taz-zokkor, hemm il-ħtieġa li: - il-Bulgarija u r-Rumanija jiddaħħlu fil-lista ta' pajjiżi li jibbenefikaw mis-sistema ta' kwota fuq il-produzzjoni għall-kwoti taz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp ta' l-inulina, kif ukoll il-ħtiġiet għall-provvista tradizzjonali taz-zokkor għar-raffinar; - jiġu previsti d-dispożizzjonijiet ta' pagamenti diretti għall-Bulgarija u għar-Rumanija; - jiġu adattati ċerti dati fir-regolamenti msemmija dwar iz-zokkor sabiex il-Bulgarija u r-Rumanija jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-organizzazzjoni tas-suq komuni . Fil-każ taż-żrieragħ, hemm il-ħtieġa li l-Bulgarija u r-Rumanija jiżdiedu mal-lista ta' pajjiżi kkonċernati ma' l-assistenza għaż-żrieragħ u mbagħad jaddottaw l-Anness XIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003. - Il-kuntest ġenerali Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jissieħbu ma' l-UE fl-1 ta' Jannar 2007. Għalhekk jinħtieġ li jiġu previsti d-dispożizzjonijiet legali kollha li japplikaw għaż-żewġ pajjiżi. - Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT - Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Skond il-proċedura proviżorja applikabbli għall-Bulgarija u għar-Rumanija, id-DG AGRI organizza laqgħat maż-żewġ pajjiżi sabiex jinfurmahom b'mod mhux uffiċjali dwar il-proposta tad-DG AGRI u biex tieħu r-reazzjonijiet tagħhom. - L-evalwazzjoni ta' l-impatt Mhux applikabbli. Il-proposta ma hijiex soġġetta għar-rekwiżiti ta' l-IA għax ma hijiex inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. 3. Elementi Legali u karatteristiċi ewlenin tas-CMO orizzontali - Il-bażi ġuridika L-Artikolu 4(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-RumanijaL-Artikolu 20 Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija - Il-kontenut tal-proposta Il-proposti li saru fir-Regolament tal-Kunsill huma deskritti hawn taħt: ZOKKOR L-introduzzjoni ta' pagamenti diretti Il-pagamenti diretti taz-zokkor għandhom jiġu introdotti fil-Bulgarija u fir-Rumanija skond l-istess skeda ta' żidiet għall-prodotti oħrajn tar-raba', i.e. għaxar snin li jibdew mill-2007 fuq livell ta' 25% tal-pagamenti diretti li kienu applikabbli dak iż-żmien fl-UE-15. L-istess metodu ta' kalkolu li ntuża għall-UE-25 ġie applikat sabiex jiġi determinat l-ammont tal-pagamenti diretti taz-zokkor. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiġu offruti l-possibilità li japplikaw il-pagament separat taz-zokkor kif ġie offrut lis-Stati Membri ġodda li japplikaw is-SAPS (Skema ta' Pagament għal Żona Waħda). Adattamenti mal-miżuri tas-suq - Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' kwoti nazzjonali u reġjonali bil-kwoti taz-zokkor u ta' l-isoglukożju li jikkorrispondu; - Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżdiedu mal-lista tal-pajjiżi li jibbenefikaw mis-sistema ta' Ħtigijiet għall-Provvista Tradizzjonali ta' raffinar; - ċerti dati tar-regolamenti taz-zokkor għandhom jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Bulgarija u tar-Rumanija. ŻRIERAGĦ Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jingħataw l-għażla li jżewġu l-assistenza għaż-żrieragħ meta japplikaw l-iskema ta' pagament wieħed u konsegwentement għandhom jiżdiedu mat-tabella rilevanti dwar l-assistenza għaż-żrieragħ. - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Mhux applikabbli. Il-Bulgarija u r-Rumanija għad m'humiex Stati Membri. - Għażla ta’ strumenti Strumenti proposti: Regolament tal-Kunsill li jimmodifika 3 Regolamenti tal-Kunsill. 4. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI Dawn il-proposti ma għandhom l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit Komunitarju: - Fuq in-naħa tan-nefqa, l-introduzzjoni progressiva ta' pagamenti diretti għaz-zokkor provduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006 tinvolvi spiża addizzjonali (minn €2,014 miljun fis-sena baġitarja 2008 sa €10,543 miljun fis-sena finanzjarja 2017 u fis-snin sussegwenti); - Min-naħa tad-dħul finanzjarju, iż-żewġ pajjiżi jkunu soġġetti għall-ħlas tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor stabbilit fl-artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 mis-sena tal- marketing 2007/2008 (ammont totali previst: €1,841 miljun kull sena) kif ukoll fir-rigward tal-pagament ta' l-ammont tar-ristrutturar temporanju stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (ammont totali previst: €16 miljun fis-sena finanzjarja 2008, €21,1 miljun fis-sena finanzjarja 2009 u €6,9 miljun fis-sena finanzjarja 2010). 2006/0226 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità, minħabba l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u tar-Rumanija IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanja, u partikolarment l-Artikolu 41, it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 20 tiegħu flimkien ma' l-Anness IV tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003[3] ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 583/2004[4], li jintroduċi inter alia dispożizzjonijiet għaż-żrieragħ wara s-sena tal- marketing 2005/2006 u bir-Regolament (KE) Nru 319/2006[5], li jintroduċi skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fis-settur taz-zokkor. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006[6] jintroduċi regoli ġenerali li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor mis-sena tal- marketing 2006/2007. 2. Dawk ir-regoli u l-miżuri ġenerali għandhom jiġu adattati biex jippermettu l-implimentazzjoni tagħhom fil-Bulgarija u fir-Rumanija mid-data ta' l-adeżjoni ta' dawk il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. 3. Bil-ħsieb li l-Bulgarija u r-Rumanija jibbenefikaw mill-miżuri ta' appoġġ fis-settur taz-zokkor ipprovduti skond ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 319/2006, huwa xieraq li jiġu emendati l-limiti nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija filwaqt li jitqiesu l-ammonti addizzjonali ta' l-assistenza. Sabiex il-Bulgarija u r-Rumanija jingħataw il-possibilità li jagħtu l-pagament dirett taz-zokkor fil-forma ta' pagament dirett separat, huwa xieraq li l-limiti nazzjonali dwar l-ammonti referenzjali taz-zokkor jiġu emendati. 4. Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 583/2004, introduċa l-limiti ta' l-assistenza għaż-żrieragħ għall-Istati Membri li bdew jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea fl-2004. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżdiedu mal-lista tal-pajjiżi kkonċernati ma' din il-miżura. 5. Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi sistema ta' kwota fuq il-produzzjoni għaz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp ta' l-inulina, kif ukoll ħtieġa għall-provvista tradizzjonali taz-zokkor għar-raffinar. Sabiex jiġu applikati dawn il-mekkaniżmi fil-Bulgarija u fir-Rumanija, iż-żewġ pajjiżi għandhom jiżdiedu mal-lista tal-pajjiżi li jibbenefikaw minn dawn il-miżuri u sussegwentement għandhom isiru emendi li jqisu s-sitwazzjoni speċifika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. 6. Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006[7] jiġi emendat sabiex iħalli lill-operaturi fil-Bulgarija u fir-Rumanija jipparteċipaw fl-iskema ta' ristrutturar. 7. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 318/2006 u (KE) Nru 320/2006 għandhom, għalhekk, jiġu emendati skond dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ġie emendat kif ġej: 1) Fl-Artikolu 71c, iddaħħal il-paragrafu kif ġej wara l-ewwel paragrafu: "Fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-iskeda taż-żidiet prevista skond l-Artikolu 143a għandha tapplika għaz-zokkor u għaċ-ċikwejra." 2) L-Artikolu 143ba huwa emendat kif ġej: (a) Paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. B'deroga mill-Artikolu 143b l-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta' pagament għal żona waħda jistgħu jiddeċidu sat-30 ta' April, li jagħtu pagament separat għaz-zokkor fir-rigward tas-snin 2006, 2007 u 2008 lill-bdiewa li huma eliġibbli skond l-iskema ta' pagament għal żona waħda. Dan jingħata b'rispett għal perjodu rappreżentattiv li jista' jkun differenti għal kull prodott ta' wieħed jew aktar minn wieħed fis-snin ta' marketing 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007 kif jiġi ddeterminat mill-Istati Membri qabel it-30 ta' April 2006, u fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal: - il-kwantitajiet ta' pitravi taz-zokkor, ta' kannamieli jew ċikwejra koperti permezz ta' kuntratti ta' forniment konklużi skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kif jixraq - il-kwantitajiet ta' zokkor jew ta' ġulepp ta' l-inulina prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jew ir-Regolament (KE)Nru 318/2006, kif jixraq; - l-għadd medju ta' ettari ta' pitravi taz-zokkor, ta' kannamieli jew ċikwejra użati għall-produzzjoni taz-zokkor jew tal-ġulepp ta' inulina u koperti permezz ta' kuntratti ta' forniment konklużi skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kif jixraq; Madankollu, meta l-perjodu rappreżentattiv jinkludi s-sena ta' marketing 2006/2007, din is-sena ta' marketing għanda tiġi sostitwita bis-sena ta' marketing 2005/2006 għal bdiewa li ġew affettwati mir-rinunzja tal-kwota fis-sena ta' marketing 2006/2007, kif stipulat taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija : (a) id-data tat-30 ta' April 2006 imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun il-15 ta' Frar 2007; (b) il-pagament taz-zokkor separat jista' jingħata fir-rigward tas-snin mill-2007 sal-2011; (c) il-perjodu rappreżentattiv li msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jkun differenti għal kull prodott ta' wieħed jew aktar minn wieħed fis-snin ta' marketing 2004/2005, 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008; (d) Meta l-perjodu rappreżentattiv jinkludi s-sena ta' marketing 2007/2008, din is-sena ta' marketing għanda tiġi sostitwita bis-sena ta' marketing 2006/2007 għal bdiewa li ġew affettwati mir-rinunzja tal-kwota fis-sena ta' marketing 2007/2008, kif stipulat taħt l-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. (b) Fil-paragrafu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, id-data tal-31 ta' Marzu 2006 imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun il-15 ta' Frar 2007; 3) L-Annessi VII u VIIIa u XIa huma emendati skond l-Anness I ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 jiġi emendat kif ġej: 1) Fl-Artikolu 7(2), żdied is-subparagrafu li ġej: "Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu, fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija is-sena ta' marketing għandu jkun l-2006/2007." 2) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Fis-sena ta' marketing 2006/2007 kwota ta' l-isoglukożju ta' 100 000 tunnellata għandu jiżdied mat-total tal-kwota ta' l-isoglokożju stabbilita fl-Anness III. F'kull wieħed mis-snin ta' marketing 2007/2008 u 2008/2009 kwota oħra ta' l-isoglukożju ta' 100 000 tunnellata għandha tiġi miżjuda mal-kwota tas-snin ta' marketing ta' qabel. Din iż-żieda ma tikkonċernax lill-Bulgarija u lir-Rumanija. F'kull waħda mis-snin ta' marketing 2007/2008 u 2008/2009 kwota oħra ta' l-isoglukożju ta' 11 045 tunnellata għall-Bulgarija u ta' 1 966 tunnellata għar-Rumanija għandhom jiġi miżjuda mal-kwota tas-sena ta' marketing preċedenti. L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwoti addizzjonali lill-impriżi, proporzjonalment mal-kwoti ta' l-isoglukożju li ġew allokati skond l-Artikolu 7(2)." 3) Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Minkejja l-Artikolu 19(1), ħtieġa għal provvista tradizzjonali ta' zokkor għar-raffinar hija stabbilita għall-Kommunità fil-figura ta' 2 324 735 tunnellata għal kull sena ta' marketing, espressa għaz-zokkor abjad. Matul is-snin ta' marketing 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, il-ħtieġa għall-provvista tradizzjonali għandha tiġi distribwita kif ġejja: - 198 748 tunnellata għall-Bulgarija, - 296 627 tunnellata għal Franza, - 291 633 tunnellata għall-Portugall, - 329 636 tunnellata għar-Rumanija, - 19 585 tunnellata għas-Slovenja, - 59 925 tunnellata għall-Finlandja, - 1 128 581 tunnellata għar-Renju Unit. 4) L-Anness III qed jiġi ssostitwit bit-test ta' l-Anness II ta' dan ir-Regolament. Artikolu 3 Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-kliem tad-daħla ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: "Kull impriża li tipproduċi z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp ta' l-inulina li għaliha ġiet allokata kwota sa l-1 ta' Lulju 2006 jew sal-31 ta' Jannar 2007 fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandha d-dritt għall-assistenza ta' ristrutturar għal kull tunnellata rinunzjata, sakemm matul wieħed mis-snin ta' marketing 2006/2007, 2007/2008, 2008/2009 u 2009/2010 (l-impriża):" Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma emendati kif ġej: (1) F'punt K 2, ta' l-Anness VII, it-Tabella 1 tinbidel b'dan li ġej: "Tabella 1 Ammonti ta' limiti li għandhom jiġu inklużi fl-ammont referenzjali għall-bdiewa (EUR '000) L-Istat Membru | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 u sussegwentement | Il-Belġju | 47 429 | 60 968 | 74 508 | 81 752 | Ir-Repubblika Ċeka | 27 851 | 34 319 | 40 786 | 44 245 | Id-Danimarka | 19 314 | 25 296 | 31 278 | 34 478 | Il-Ġermanja | 154 974 | 203 607 | 252 240 | 278 254 | Il-Greċja | 17 941 | 22 455 | 26 969 | 29 384 | Spanja | 60 272 | 74 447 | 88 621 | 96 203 | Franza | 152 441 | 199 709 | 246 976 | 272 259 | L-Ungerija | 26 105 | 31 986 | 37 865 | 41 010 | L-Irlanda | 11 259 | 14 092 | 16 925 | 18 441 | L-Italja | 79 862 | 102 006 | 124 149 | 135 994 | Il-Latvja | 4 219 | 5 164 | 6 110 | 6 616 | Il-Litwanja | 6 547 | 8 012 | 9 476 | 10 260 | L-Olanda | 41 743 | 54 272 | 66 803 | 73 504 | L-Awstrija | 18 971 | 24 487 | 30 004 | 32 955 | Il-Polonja | 99 135 | 122 906 | 146 677 | 159 392 | Il-Portugall | 3 940 | 4 931 | 5 922 | 6 452 | Is-Slovakkja | 11 813 | 14 762 | 17 712 | 19 289 | Is-Slovenja | 2 284 | 2 858 | 3 433 | 3 740 | Il-Finlandja | 8 255 | 10 332 | 12 409 | 13 520 | L-Iżvezja | 20 809 | 26 045 | 31 281 | 34 082 | Ir-Renju Unit | 64 340 | 80 528 | 96 717 | 105 376 | (EUR '000) Il-Belġju | 819 812 | 85 694 | 0 | Il-Bulgarija | 4 752 | 67 108 | – | Ir-Repubblika Ċeka | 454862 | – | – | Id-Danimarka | 420 746 | – | – | Il-Ġermanja | 3 655 456 | 42 360 | – | Il-Greċja | 317 502 | 15 433 | – | Spanja | 903 843 | 98 845 | – | Franza (metropolitana) | 3 552 221 | 23 755 | 0 | Dipartimenti Franċiżi lil hinn minn Franza | 480 245 | – | – | L-Irlanda | 0 | – | – | L-Italja | 778 706 | 24 301 | – | Il-Latvja | 66505 | – | – | Il-Litwanja | 103 010 | – | – | L-Ungerija | 401 684 | 164 736 | – | L-Olanda | 864 560 | 10 891 | 0 | L-Awstrija | 387 326 | – | – | Il-Polonja | 1 671 926 | 32 056 | – | Il-Portugall (kontinentali) | 34 500 | 11 870 | – | Ir-reġjun awtonomu ta' l-Ażores | 9 953 | – | – | Ir-Rumanija | 109 164 | 11 947 | – | Is-Slovakkja | 207 432 | 50 928 | – | Is-Slovenja | 52 973 | – | – | Il-Finlandja | 146 087 | 14 210 | – | L-Iżvezja | 325 700 | – | – | Ir-Renju Unit | 1 138 627 | 32 602 | – | Total | 16 907 591 | 686 736 | 0 | DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | 1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT (nomenklatura 2007): 05 03 01 117 680 | APPROPRJAZZJONIJIETPDB 2007: €30 709 miljun pm pm | 2. | TITOLU: Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità u r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa minħabba l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u tar-Rumanija. | 3. | IL-BAŻI LEGALI : L-Artikolu 4 (3) tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija L-Artikolu 20 flimkien ma' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija | 4. | IL-MIRI: Wara r-riforma taz-zokkor fl-2006, din il-proposta timmira li: – il-Bulgarija u r-Rumanija jiddaħħlu fil-lista tal-pajjiżi li jibbenefikaw mis-sistema ta' kwota fuq il-produzzjoni għall-kwoti taz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp ta' l-inulina, kif ukoll il-ħtiġijiet tal-provvista tradizzjonali taz-zokkor għar-raffinar; – jiġu previsti d-dispożizzjonijiet ta' pagamenti diretti għall-Bulgarija u għar-Rumanija; – jiġu aġġornati ċerti dati fir-regolamenti hawn fuq imsemmija dwar iz-zokkor sabiex il-Bulgarija u r-Rumanija jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-organizzazzjoni tas-suq komuni . | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (EUR miljuni) | SENA FINANZJARJA 2007 (EUR miljuni) | SENA FINANZJARJA 2008 (EUR miljuni) | 5.0 | INFIQ – IDDEBITAT LILL-BAĠIT TAL-KE(RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI)– AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | pm | – | 2,014 | 5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE(IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) – DĦUL ASSENJAT – AMMONTI TA' RISTRUTTURAR TEMPORANJU – NAZZJONALI | – | – | 1,841 16 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 5.0.1 | INFIQ STMAT | 2,902 | 3,690 | 4,217 | 5,271 | 5.1.1 | DĦUL STMAT | 22,941 | 8,741 | 1,841 | 1,841 | 5.2 | IL-METODU TA’ KALKOLU: Ara l-Anness | 6.0 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA' L-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE | 6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE | 6.2 | JINĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARJU? | IVA LE | 6.3 | JINĦTIEĠ LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE | OSSERVAZZJONIJIET: Ara l-Anness | Anness Il-pagamenti diretti: Il-prinċipji ta' gwida biex jiġi kkalkulat il-livell ta' pagamenti diretti huma: - l-applikazzjoni ta' l-istess metodu ta' kalkolu li ntuża matul ir-riforma taz-zokkor; - l-applikazzjoni ta' introduzzjoni f'fażijiet; il-livell ta' pagamenti diretti jkomplu jiżdiedu sa €6,326 miljun fis-sena tal-baġit 2013, €7,380 miljun fl-2014, €8,434 miljun fl-2015, €9,489 miljun fl-2016 sakemm jilħaq €10,543 miljun fl-2017 u fis-snin sussegwenti. Id-dħul: 1) Il-ħlas tal-produzzjoni stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (€12/t tal-kwoti taz-zokkor u tal-ġulepp ta' l-inulina, 6€/t tal-kwota ta' l-isoglukożju) x Kwoti allokati għall-impriżi tar-Rumanija u tal-Bulgarija (4 752 + 109 164) x 12 + (67 108 + 11 947) x 6 = €1,841 miljun kull sena 2) L-ammonti ta' ristrutturar temporanju stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 x Kwoti allokati għall-impriżi tar-Rumanija u tal-Bulgarija Sena ta' marketing 2007/08: (4 752 + 109 164) x 173,8 + (67 108 + 11 947) x 86,9 = €26 668 480. Pagament ta' 60% f'Marzu 2008=> €16 miljun fil-baġit ta' l-2008 Pagament ta' 40% f'Novembru 2008=> €10,7 miljun fil-baġit ta' l-2009 Sena ta' marketing 2008/09: (4 752 + 109 164) x 113,3 + (67 108 + 11 947) x 56,65 = €17.385.149. Pagament ta' 60% f'Marzu 2009=> €10,4 miljun fil-baġit ta' l-2009 Pagament ta' 40% f'Novembru 2009=> €6,9 miljun fil-baġit ta' l-2010 . [1] Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, (KE) Nru 319/2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni dwar l-skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni. [2] ĠU C …, …, p. .... [3] ĠU L 270, 10.10.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1259/2006 (ĠU L 265, 26.9.1996, p. 1). [4] ĠU L 91,30.3.2004, p. 1. [5] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32. [6] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. [7] ĠU L 58, 26.2.2006, p. 42.