This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006TA1219(15)
Report on the annual accounts of the European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction for the financial year 2005 together with the Centre's replies
Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru
Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru
ĠU C 312, 19.12.2006, p. 86–92
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
19.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/86 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru
WERREJ
1-2 |
INTRODUZZJONI |
3-6 |
DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI |
7-13 |
OSSERVAZZJONIJIET |
Tabelli 1 sa 4
Ir-Risposti taċ-Ċentru
INTRODUZZJONI
1. |
Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”) ġie imwaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 (1). L-għan prinċipali taċ-Ċentru huwa li jiġbor informazzjoni dwar il-fenomenu tad-drogi u d-dipendenza mid-droga sabiex jipprepara u jippubblika informazzjoni li hija oġġettiva, affidabbli u komparabbli fuq livell Ewropew. Din l-informazzjoni hija intiża biex tipprovdi bażi biex tkun analizzata d-domanda għad-droga u l-modi kif, kemm din, kif ukoll b'mod ġenerali, il-fenomeni assoċċjati mas-suq tad-droga jistgħu jiġu mnaqqsa. |
2. |
Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Xi informazzjoni prinċipali, mir-rendikonti finanzjarji preparati miċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005, huma miġbura f'Tabelli 2, 3 u 4. |
DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI
3. |
Din id-Dikjarazzjoni t'Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2); hija ġiet ippreparata wara eżami tal-kontijiet taċ-Ċentru, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |
4. |
Il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005 (3) ġew magħmula mid-Direttur tiegħu, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 302/93, u mibgħuta lill-Qorti, li għandha l-obbligu li tagħti dikjarazzjoni t'assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. |
5. |
Il-Qorti wettqet verifika skond il-politika u l-istandards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali tal-verifika li ġew adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifika ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari. |
6. |
Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-dikjarazzjoni espressa hawn taħt. |
Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiIt-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjoni tal-Qorti.
OSSERVAZZJONIJIET
7. |
Ir-rata ta' użu ta' l-approprijazzjonijiet għall-impenji hija aktar minn 90 % filwaqt li r-rata korrispondenti għall-approprijazzjonijiet għall-pagamenti hija biss ta' 85 %. In-nefqa għall-amministrazzjoni turi rata ta' kważi 40 % ta' fondi mill-baġit li ġew trasferiti 'il quddiem. Din is-sitwazzjoni hija minħabba konċentrazzjoni ta' xiri lejn l-aħħar tas-sena bir-riskji li din timplika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tal-proċeduri tax-xiri. Iċ-Ċentru għandu jmexxi b'mod aħjar il-politika tax-xiri tiegħu sabiex jevita li approprijazzjonijiet jiġu trasferiti 'il quddiem, li jagħmlu t-tmexxija aktar diffiċli. |
8. |
Għall-iskopijiet tat-tmexxija, iċ-Ċentru pprepara baġit skond l-attivitajiet. Din l-inizjattiva għandha tkompli tiġi żviluppata bi ħsieb għall-monitoraġġ aħjar tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ta' l-effettività tiegħu permezz ta' l-introduzzjoni ta' kontabilità analitika sabiex l-ispejjeż tal-varji attivitajiet taċ-Ċentru jiġu stabbiliti. |
9. |
Il-Qorti, fir-rapport preċedenti tagħha, osservat li l-uffiċjal tal-kontabilità kellu l-awtorità li jiffirma għall-kontijiet bankarji u ċ-Ċentru impenja ruħu biex jistabilixxi sistema ta' firma doppja. Fi Frar 2006, tali sistema kienet għadha ma ġietx introdotta. |
10. |
Is-sistemi ta' inventarji ta' l-attiv fiss mhumiex integrati mal-kontabilità ġenerali. Fin-nuqqas ta' sistema affidabbli ta' tikketjar, ma jistax ikun hemm assigurazzjoni li l-attiv imniżżla fl-inventarji huma traċċabbli. |
11. |
Kien hemm nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ. F'waħda mill-proċeduri ta' l-għażla, il-kompożizzjoni tal-bord ta' l-għażla ma kinitx konformi mal-prinċipju ta' parità kif stipulat mir-Regolament tal-Persunal (4). F'każ ieħor, il-kandidat li ġie magħżul ma kienx kiseb l-aħjar riżultat fil-proċedura ta' l-għażla. |
12. |
Fl-aħħar ta' l-2004, membru tal-persunal kien mibgħut fuq missjoni għal terminu twil (ta' sentejn) fi Brussell. L-għan ta' din il-missjoni, bi spiża (salarji u allowances) li ammontat għal aktar minn 70 000 euro fl-aħħar ta' l-2005, ma setgħax jiġi ddeterminat u l-volum ta' xogħol ta' dan il-membru tal-persunal kien tassew baxx. Meta l-missjoni ġiet imwaqqfa, il-membru tal-persunal ġie sekondat lill-Kummissjoni filwaqt li l-ħlas tas-salarju tiegħu baqa' jsir miċ-Ċentru, u dan mingħajr ebda bażi legali. |
13. |
Numru ta' anomaliji ġew misjuba waqt xi kontrolli tal-proċeduri ta' xiri u kontrattazzjoni. F'żewġ każi, il-limitu ta' żmien biex ikunu rċevuti l-offerti wara d-data li ħarġet is-sejħa għall-offerti ma ġiex osservat. Fi proċedura ta' kuntratt supplementari, il-valur tax-xogħlijiet kien jeċċedi l-ammonti massimi stipulati mir-regolamenti. F'żewġ każi vverifikati, ma kien hemm ebda deċiżjoni formali dwar in-nomina ta' membri tal-kumitat responabbli biex jiftħu l-offerti jew il-membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni. Fl-aħħar, f'każ minnhom il-valur tal-kuntratt kien sotto-stmat b'mod ċar, li kien imur kontra l-prinċipju ta' trattament ugwali għal dawk li jitfgħu l-offerti. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-28 ta' Settembru 2006.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) ĠU L 36, 12.2.1993. Dan ir-Regolament ġie emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3294/94 tat-22.12.1994 (ĠU L 341,30.12.1994, p. 7) u (KE) Nru 1651/2003 tat-18.6.2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p.30).
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) Dawn il-kontijiet ġew magħmula fil-15 ta' Ġunju 2006 u rċevuti mill-Qorti fit-13 ta' Lulju 2006.
(4) Artikolu 12 tar-Regoli applikabbli għall-uffiċjali oħra.
Tabella 1
Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Drogi u d-Dipendenza mid-Droga (Lisbona)
Oqsma ta' kompetenza Komunitarja skond it-Trattat |
Kompetenzi taċ-Ċentru hekk kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/93 |
Tmexxija |
Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru 2005 (2004) |
Prodotti u servizzi provduti 2005 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Komunità tikkumplimenta l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri fit-tnaqqis tal- ħsara għas-saħħa marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni. (Artikolu 152, paragrafu 1 tat-Trattat) |
Objettivi Jipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha informazzjoni affidabbli fuq livell Ewropew dwar il-fenomenu tad-drogi u d-dipendenza mid-droga u l-konsegwenzi tagħhom. Iċ-Ċentru għandu jagħti prijorità lill-analiżi:
|
Kompiti
|
1) Il-Bord Amministrattiv Huwa magħmul minn rappreżentant minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ xjenzati kwalifikati, maħtura mill-Parlament Ewropew. Huwa japprova l-programm ta' xogħol u r-rapport ġenerali annwali u jadotta l-baġit. 2) Direttur: maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni. 3) Kumitat xjentifiku: Jagħti opinjonijiet. Magħmul minn rappreżentant ta' kull Stat Membru. Il-bord ta' tmexxija jista' jaħtar massimu ta' sitt membri oħra fuq il-bażi tal-kwalifiki speċifiċi tagħhom. 4) Kontroll finanzjarju: Qorti ta' l-Awdituri. 5) Approvazzjoni mogħtija mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
Baġit finali 12,8 miljun euro (12,2 miljun euro). Kontribuzzjoni Komunitarja: 96 % (96 %) Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2005: Numru ta' karigi fil-pjan ta' twaqqif: 77 (77) karigi okkupati: 58 (61) +25 (22) impjiegi oħra (kuntratti awżiljarji, aġenti kontrattwali u intermedjarji) Total tal-persunal: 83 (83) assenjati għad-doveri segwenti: operattivi: 50,5 (54,5), sostenn amministrattiv u ta' l-IT: 25 (20), varji: 7,5 (8,5). |
Netwerk Iċ-Ċentru jmexxi netwerk kompjuterizzat għall-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni, imsemmi Netwerk Ewropew dwar id-Drogi u d-Dipendenza mid-Droga (Reitox); dan in-netwerk jgħaqqad in-netwerks nazzjonali ta' l-informazzjonii dwar id-droga, iċ-ċentri speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri u s-sistemi ta' informazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu maċ-Ċentru. Pubblikazzjonijiet:
- Websites oħra: It-twaqqif/l-aġġornament/żvilupp tal-kontenut:
Fuljetti promozzjonali (3 prodotti) Prodotti tal-media (110 prodotti varji) Parteċipazzjoni f'konferenzi/laqgħat internazzjonali (75) Organizzazzjoni ta' laqgħat tekniċi u xjentifiċi (24) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. |
ĊENTRU EWROPEW TA' MONITORAĠĠ TAD-DROGA U D-DIPENDENZA MID-DROGA
Sors: Dejta taċ-Ċentru — Dawn it-tabelli jagħtu sommarju tad-dejta provduta miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.
Tabella 2
Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005
(1000 euro) |
||||||||||||||||||||||||||||
Dħul |
Infiq |
|||||||||||||||||||||||||||
Sors tad-dħul |
Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja |
Dħul irċevut |
Allokazzjoni ta' l-infiq |
Approprijazzjonijiet tal-baġit finali għas-sena finanazjarja |
Approprijazzajonijiet trasferiti 'il quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti |
Approprijazzjonijiet disponibbli (approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja flimkien ma approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja preċedenti) |
||||||||||||||||||||||
imdaħħla |
impejnati |
imħallsa |
trasferiti 'il quddiem |
annullati |
disponibbli |
imħallsa |
annullati |
disponibbli |
impenjati |
imħallsa |
trasferiti 'il quddiem |
annullati |
||||||||||||||||
Sussidji Komunitarji |
12 000 |
12 000 |
Titolu I Persunal (NDA) |
6 194 |
5 932 |
5 762 |
154 |
279 |
122 |
101 |
21 |
6 316 |
6 054 |
5 863 |
154 |
300 |
||||||||||||
Dħul proprju |
516 |
516 |
Titolu II Amministrazzjoni (NDA) |
1 791 |
1 720 |
1 070 |
650 |
71 |
356 |
332 |
24 |
2 147 |
2 076 |
1 402 |
650 |
95 |
||||||||||||
Dħul ieħor |
|
8 |
Titolu III Attivitajiet operattivi (DA) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
— CA |
4 531 |
4 298 |
|
|
233 |
|
|
|
4 531 |
4 298 |
|
|
233 |
|||||||||||||||
— PA |
4 531 |
|
4 085 |
|
446 |
1 260 |
66 |
1 194 |
5 791 |
|
4 151 |
|
1 640 |
|||||||||||||||
Dħul allokat (Phare) |
300 |
190 |
Dħul allokat (Phare) |
300 |
49 |
16 |
284 |
|
|
|
|
300 |
49 |
16 |
284 |
|
||||||||||||
Total |
12 816 |
12 714 |
Total CA |
12 816 |
11 999 |
|
1 088 |
583 |
478 |
|
45 |
13 294 |
12 477 |
|
1 088 |
628 |
||||||||||||
Total PA |
12 816 |
|
10 933 |
1 088 |
796 |
1 738 |
499 |
1 239 |
14 554 |
|
11 432 |
1 088 |
2 035 |
|||||||||||||||
|
Tabella 3
Kont tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja 2005 (1)
(1000 euro) |
|
|
2005 |
Dħul operattiv |
|
Sussidji Komunitarji |
10 592 |
Sussidji oħra/dħul |
312 |
Total (a) |
10 904 |
Infiq operattiv |
|
Persunal |
5 843 |
Amministrazzjoni |
2 269 |
Attivitajiet operattivi |
4 181 |
Total (b) |
12 293 |
Riżultati operattivi (c = a — b) |
–1 389 |
Dħul ieħor (d) |
0 |
Spejjeż oħra (e) |
35 |
Riżultat ekonomiku (f = c +d — e) |
–1 424 |
Tabella 4
Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2005 u fil-31 ta' Diċembru 2004 (2)
(1000 euro) |
||
|
2005 |
2004 |
Attiv |
||
Attiv fiss |
2 989 |
3 058 |
Stokks |
|
|
Riċevibbli ta' terminu qasir u twil |
224 |
619 |
Attiv likwidu |
3 005 |
3 644 |
Total |
6 218 |
7 321 |
Passiv |
||
Riżultati kumulattivi tas-snin preċedenti |
4 296 |
4 296 |
Riżultat għas-sena |
–1 424 |
0 |
Passiv għat-tul |
|
|
Passiv ta' skadenza qasira |
3 346 |
3 025 |
Total |
6 218 |
7 321 |
(1) Dejta għas-sena finanzjarja 2004 mhix murija peress li mhix komparabbli mad-dejta għall-2005 minħabba l-bidla fil-metodi ta' kontabilitá applikati.
(2) Dejta għas-sena finanzjarja 2004 ġiet iddikjarata mill-ġdid biex tkun komparabbli mad-dejta ta' l-2005.
TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU TAL-MONITORAĠĠ
7. |
Iċ-Ċentru jieħu nota ta’ l-osservazzjoni tal-Qorti u ħa miżuri sabiex itejjeb il-programmazzjoni tas-sejħiet għal offerti tiegħu sabiex ikunu jistgħu jiġu mferrxa matul is-sena. Iċ-Ċentru jsegwi l-ħidmiet tiegħu li ppermettewlu fl-2005 sabiex ikabbar il-konsum tal-krediti ta’ pagament a paragun ma’ l-2004 (minn 77 % għal 85 %), b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-infiq għall-operazzjonijiet (Titolu II). |
8. |
Iċ-Ċentru jieħu nota ta’ l-osservazzjoni tal-Qorti u jkompli jiżviluppa s-sistema ta’ ġestjoni tiegħu bbażata fuq attivitajiet li ġew implimentati mill-2001. Din is-sistema tagħti l-possibiltà sabiex wieħed jikkalkola l-ispejjeż ta’ dawn il-proġetti u programmi taċ-Ċentru, anke jekk dan ma jirrigwardax biss il-kontabilità analitika stricto sensu. |
9. |
Fit-22 ta’ Marzu 2006, iċ-Ċentru implimenta sistema ta’ firma doppja għall-ġestjoni tal-kontijiet bankarji tiegħu. |
10. |
Fl-2006 iċ-Ċentru stabbilixxa link awtomatiku bejn il-kontilità tal-baġit u dik ġenerali. Ir-rikonċiljazzjoni bejn il-kontijiet u l-inventarju hija prevista għax-xahar ta’ Jannar wara t-tmiem tad-dikjarazzjoni għas-sena finali konċernat. Barra minn dan, f’Lulju 2006 iċ-Ċentru temm verifika fiżika tal-beni li tagħhom għandu jsir inventarju li r-riżultati tiegħu ġew imniżżla fis-sistema informatika speċjalizzata. |
11. |
Fl-istennija ta’ ftehim finali mal-Kummissjoni rigward ir-regoli dwar l-applikazzjoni ta’ l-Istatut, iċ-Ċentru jkompli japplika fil-proċeduri tas-selezzjoni tiegħu kollha il-prinċipji li jirregolaw il-proċeduri tar-reklutaġġ komunitarju. Wara li ċ-Ċentru jieħu in konsiderazzjoni n-numru mnaqqas tal-personal tiegħu, jara li rappreżentant tal-Kumitat tal-Personal jipparteċipa bħala membru b’poteri sħaħ fil-Kumitati tas-Selezzjonijiet. Iċ-Ċentru jippjana fil-futur sabiex jagħti raġunijiet espliċiti fl-għażla ta’ lawreat reklutat hekk kif dan jiġi mneħħi mill-klassifikazzjoni stabbilita mill-Kumitat tas-Selezzjonijiet. |
12. |
Iċ-Ċentru waqqaf il-missjoni b’effett mill-31 ta’ Mejju 2005. Fl-aħħar ta’ l-2005, iċ-Ċentru ddeċieda konformament ma’ l-Artikolu 38 ta’ l-Istatut li jibgħat lill-aġent misluf f’dan il-każ lejn il-Kummissjoni għal żmien ta’ disa’ xhur, mingħajr il-possibilità ta’ tiġdid. Kif ġie miftiehem mal-Kummissjoni, iċ-Ċentru huwa responsabbli mill-ħlas ta’ dan l-aġent. |
13. |
Iċ-Ċentru jieħu nota tar-rimarki tal-Qorti u ħa miżuri b’mod partikolari, għal:
Iċ-Ċentru jemmen li s-suq supplimentari msemmi mill-Qorti kien jikkonċerna l-prestazzjonijiet repetittivi li setgħu regolarment ikunu s-suġġett ta’ kuntratt addizzjonali mingħajr il-limiti ta’ valur previst għal-kuntatti supplimentari. Il-miżuri msemmija preċedentement għandhom inaqqsu u anke jaħdmu għall-eliminazzjoni ta’ dan it-tip ta’ kuntratt. |