This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AE1191
Opinion of the European Economic and Social Committee on Developments in the construction sector in Europe
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Żviluppi fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Ewropa
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Żviluppi fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Ewropa
ĠU C 27, 3.2.2009, p. 22–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/22 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Żviluppi fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Ewropa
(2009/C 27/05)
Nhar is-6 ta' Diċembru 2007, is-Sinjura Margot WALLSTRÖM, Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju responsabbli għar-Relazzjonijiet Istituzzjonali u għall-Istrateġija tal-Komunikazzjoni, u s-Sur Günter VERHEUGEN, Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju responsabbli għall-Intrapriżi u l-Industrija, stiednu lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex iħejji opinjoni esplorattiva dwar
“Il-progress tas-settur tal-Kostruzzjoni fl-Ewropa”.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata “Suq waħdieni, produzjoni u konsum”, inkarigata mit-tħejjija tax-xogħlijiet tal-Kumitat f'din il-kwistjoni, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-13 ta' Ġunju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Huvelin.
Matul l-446 sessjoni plenarja li nżammet bejn id-9 u l-10 ta' Lulju 2008 (seduta ta' l-10 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'57 vot favur, l-ebda vot kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjoni
1.1 |
Għall-kuntrarju ta' dak li jistgħu jaħsbu xi wħud, il-ġejjieni ta' l-industrija tal-kostruzzjoni ser jiddependi inqas fuq l-infiq pubbliku (anke jekk kontinwità akbar fil-programmazzjoni tibqa' vantaġġ ċert) milli fuq il-kapaċità ta' l-awtoritajiet rilevanti li jfasslu qafas regolamentari, applikabbli għal kollox, li jiżgura akbar trasparenza fil-kompetizzjoni u l-aħjar użu tal-potenzjal u ta' l-għarfien ta' l-intrapriżi ta' kull daqs. |
1.2 |
Fid-dawl ta' dan, ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin ta' din l-opinjoni huma dawn li ġejjin:
|
1.3 |
Dawn huma l-uniċi modi kif nistgħu nippreparaw għall-wasla probabbli fil-futur qarib ta' kompetituri minn barra l-Ewropa. |
2. Introduzzjoni (kuntest)
2.1 |
B'ittra tas-6 ta' Diċembru 2007 l-Kummissarji Ewropej Margot Wallström u Günter Verheugen talbu lill-KESE, bil-għan li titwettaq l-aġenda ta' Liżbona, biex ifassal opinjoni esploratorja sabiex jeżamina jekk it-testi tas-settur tal-kostruzzjoni u dawk tas-servizzi għall-intrapriżi “jiffurmawx corpus koerenti, jekk jiġux aġġornati skond it-tibdiliet attwali u futuri u fl-aħħarnett, kemm ser ikun meħtieġ li jinbeda eżerċizzju ta' semplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u modernizzazzjoni tal-leġislazzjoni f'dawn l-oqsma. Għandu jiġi ċċarat li l-eżerċizzju m'għandux ikun limitat għar-regolamenti mmirati speċifikament għas-setturi konċernati, iżda għandu jkopri l-leġislazzjonijiet l-oħra kollha li jinfluwenzaw l-iżvilupp tagħhom (is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-ħarsien ta' l-ambjent, eċċ.) u għandu jinkorpora l-interessi leġittimi li huma bbażati fuqhom”. |
2.2 |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu kkunsidrati bir-reqqa u sistematikament il-punti kollha li tqajmu peress li dan huwa qasam vast li fl-imgħoddi kien suġġett ta' studji diversi li twettqu minn konsulenti esterni fuq talba tal-Kummissjoni. |
2.3 |
Madankollu, din l-opinjoni tittratta biss dawk l-aspetti mmirati lejn id-destinatarju, jiġifieri l-modifiki jew is-semplifikazzjonijiet fil-leġislazzjoni u r-regoli applikabbli għas-settur li għandhom isiru parti mill-inventarju imparzjali u strateġiku ta' l-industrija tal-kostruzzjoni u li jservu biex itejbu l-kondizzjonijiet li skondhom topera u timxi 'l quddiem. |
2.4 |
Għal din ir-raġuni, din l-Opinjoni tinkorpora xi punti utli dwar is-settur b'mod li tpoġġi l-kategoriji tas-snajja' tal-kostruzzjoni u l-limitazzjonijiet tagħhom fil-kuntest proprju. |
3. Il-pożizzjoni ta' l-industrija tal-kostruzzjoni fl-ekonomija Ewropea
3.1 |
Hawn huma xi ċifri li jirrigwardaw l-industrija tal-kostruzzjoni, li fiha 2.7 miljun intrapriża, fl-UE-27 fl-2006:
|
3.2 Xi punti
3.2.1 |
Peress li s-settur tal-kostruzzjoni ma jistax jiġi delokalizzat, huwa parti integrali tat-tkabbir futur fil-Ewropa u tan-netwerk industrijali Ewropew. |
3.2.2 |
In-natura proprja ta' dak li tipproduċi, u l-bżonn tagħha li jkollha bażi fissi — b'għeruq profondi fil-ħajja lokali — ifisser li l-industrija tal-kostruzzjoni taqdi rwol soċjali u ċiviku f'kull pajjiż, u dan il-fatt għandu jitqies u jitħeġġeġ. |
3.2.3 |
Is-settur tal-kostruzzjoni irid jaqdi rwol importanti fl-inizjattivi kollha li għandhom rabta ma' l-iżvilupp sostenibbli:
|
3.2.4 |
Id-deskrizzjoni ta' l-ambjent globali ta' dan is-settur ma tkunx kompleta jekk wieħed ma jsemmix il-fatt li, minkejja l-isforzi konsiderevoli li saru minn din il-professjoni għal aktar minn 30 sena, is-settur tal-kostruzzjoni għandu immaġni li għadha parzjalment negattiva. Dan huwa fatt li l-Opinjoni jmissha tindirizza, billi huwa rifless:
|
3.2.5 |
In-natura proprja ta' dawn is-snajja', kemm il-ħtiġijiet tal-klijenti kif ukoll il-ħiliet diversi involuti, ifisser li s-suq huwa frammentat għall-aħħar u ser jibqa' hekk għal bosta snin. Bħala riżultat ta' dan dejjem ser ikun hemm koeżistenza bejn il-ħaddiema tas-sengħa, il-kumpaniji żgħar, ta' daqs medju u kbar. L-idea li dan is-settur huwa dwar kumpaniji kbar li jinvolvu ruħhom fi proġetti kbar biss trid titqies fil-kuntest ta' l-industrija nnifisha: proġetti b'valur ta' iktar minn EUR 20 miljun jirrappreżentaw mhux iktar minn 2 sa 5 % tas-suq globali Ewropew tal-kostruzzjoni. |
3.2.6 |
Il-gruppi Ewropej il-kbar li ta' spiss ikunu preżenti ħafna fil-livell dinji huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, federazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet żgħar u medji, ibbażati ħafna lokalment, li joperaw fl-istess ambjent kompetittiv bħall-SMEs indipendenti. |
3.2.7 |
B'mod ġenerali, l-atturi Ewropej il-kbar f'dan is-settur ma evolvewx skond il-mudell li jista' jissejjaħ Amerikan, iżda minflok serħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom stess u użaw l-abbiltà tagħhom biex iżommu u jiżviluppaw l-għarfien tagħhom, waqt li insistu fuq id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil ta' proġetti. |
3.2.8 |
Huwa bis-saħħa ta' dan l-approċċ li l-intrapriżi Ewropej għandhom il-pożizzjoni li ħolqu għalihom stess fis-swieq dinjija. Dan il-mudell, imsejjes fuq l-integrazzjoni tat-tfassil u t-twettiq, ma jagħtix neċessarjament vantaġġ lill-gruppi l-kbar, iżda jista' u għandu jiġi applikat għall-intrapriżi ta' kull daqs. |
4. Xi prinċipji bażiċi
4.1 |
L-isfida li qed tindirizza din l-Opinjoni esploratorja li talbet il-Kummissjoni Ewropea, għandha tkun li tipproponi mhux biss is-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni, iżda wkoll triq ta' azzjoni li:
|
4.2 |
Barra mill-każ ta' bidliet fid-daqs tas-swieq (li jmur lil hinn mill-ambitu ta' din l-Opinjoni), dawn l-elementi differenti li għandhom jiġu inkorporati fir-regolamentazzjoni għandhom jippermettu l-atturi tas-settur tal-kostruzzjoni li jiżviluppaw b'mod ortodoss u b'hekk ikun żgurat li tiġi segwita politika soċjali koerenti (impjiegi — siġurtà — pagi) u li s-settur isir iktar attraenti għall-partijiet interessati differenti (ġenituri żgħar, għalliema, eċċ.). |
5. Proposti ewlenin
5.1 |
L-elementi ewlenin li fuqhom l-awtoritajiet rilevanti għandhom jiffokaw l-isforzi tagħhom huma dawn li ġejjin:
|
5.2 L-unifikazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri ta' l-għoti tal-kuntratti pubbliċi:
5.2.1 |
Azzjonijiet jistgħu jittieħdu fl-oqsma li ġejjin:
Fir-rigward ta' din il-lista, għandu jkun ċar li r-rispons għas-sejħiet għal bidla regolatorja ma għandux ikun li jimponi soluzzjonijiet standardizzati iżda li l-entitajiet kuntrattwali jingħataw sensiela kompleta ta' għodod li jkunu jistugħu jużaw skond il-bżonnijiet tagħhom. |
5.2.2 |
Fis-sħuħija tagħhom, dawn il-modifiki jew l-adattamenti għandhom iħeġġu t-trasparenza u opportunitajiet indaqs bejn l-entitajiet privati, pubbliċi jew kważi pubbliċi, u jistabbilixu biċ-ċar li kull finanzjament isir skond sejħa għal offerti u kuntratt formali. |
5.3 L-innovazzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
5.3.1 |
Dak li jiddistingwi ss-settur tal-kostruzzjoni minn oqsma oħrajn huwa li kull ma jipproduċi huwa ta' darba. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkollna leġislazzjoni Ewropea li tipproteġi l-proprjetà intellettwali u li tirrikonoxxi l-karattru speċjali ta' l-ideat li għandhom jitħarsu, jiġifieri li huma jiġu kkonċeputi għal sejħa għal offerti partikolari u mhuwiex dejjem meħtieġ li jiġu prodotti darba wara l-oħra b'mod sistematiku. Għandha tiġi stabbilita leġislazzjoni speċifika fil-livell Ewropew sabiex jitħarsu ideat tekniċi fil-proċess tal-kompetizzjoni u sabiex jiġu stabbiliti drittijiet li jipproteġu 'l dawk li jieħdu sehem fis-sejħiet għal offerti. |
5.4 Taħriġ:
5.4.1 |
Punt li jsir ta' spiss mill-professjonisti fis-settur tal-kostruzzjoni f'ħafna mill-Istati Membri huwa li in ġenerali l-ħtiġijiet tas-settur jiġu sodisfatti biss rarament minn ħafna mis-sistemi edukattivi nazzjonali, fil-livell kollha ta' taħriġ. Fid-dawl ta' dan, jekk ir-relazzjonijiet bejn is-snajjiet u s-sistemi edukattivi fil-livell nazzjonali jeħtieġ li jitjiebu, għandu jingħata impetu fil-livell Ewropew, bħal per eżempju:
|
5.5 Regolamenti tas-saħħa u s-sikurezza:
5.5.1 |
Ir-regoli attwali kellhom impatt pożittiv u sinifikattiv ħafna fuq il-metodi tax-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni. Madankollu jkun tajjeb jekk:
|
5.6 L-iżvilupp sostenibbli
5.6.1 |
Kif ġie suġġerut hawn fuq, kull min huwa involut fis-settur tal-kostruzzjoni għandu rwol konsiderevoli x'jaqdi sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li qed tiffaċċja d-dinja llum, inkluża l-bidla fil-klima. Huma lesti, fi ħdan qafas ta' regolamenti u inċentivi, li jassumu r-responsabbiltà u jwasslu l-valur miżjud tagħhom lis-suq Ewropew. Huma lesti wkoll jaqsmu l-għarfien tagħhom fil-qasam ma' kull rokna tad-dinja fejn, kif nafu, l-isforzi meħtieġa huma enormi u kruċjali jekk il-benefiċċji tagħhom ser ikollhom impatt fuq kulħadd. |
5.6.2 |
Biex isir dan, jeħtieġ:
|
5.6.3 |
Kemm fis-settur tal-kostruzzjoni kif ukoll f'dak tat-trasport, jekk l-intrapriżi tal-kostruzzjoni jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem tul il-proċess ta' tfassil-twettiq-manutenzjoni, huma jistgħu jagħmlu kontribut deċiżiv, b'mod partikulari f'termini ta' l-iżgurar tal-finanzjament għall-attivitajiet meħtieġa, fil-kapaċità tagħhom biex jiġġestjonaw l-ispejjeż globali u jiffinanzjaw investimenti għal miżuri futuri favur l-iffrankar ta' l-enerġija. |
5.7 SMEs fis-settur tal-kostruzzjoni
5.7.1 |
Il-problema ta' l-SMEs fis-settur tal-kostruzzjoni — bid-differenza minn oħrajn (ara l-punt 3.2.5 fuq) — m'hijiex eżattament waħda ta' aċċess għal xi suq partikolari. |
5.7.2 |
Huwa għalhekk li dawk involuti fis-settur ġustament ma jarawx ġustifikazzjoni għall-approċċ tal-kwoti li tfassal minn ċerti awtoritajiet Ewropej, li mbagħad irrifjutawh. Barra minn hekk, iċ-ċifri li ssemmew minn kull naħa huma, fir-realtà, ferm inqas minn dawk fil-pajjiżi Ewropej kollha. |
5.7.3 |
Il-kwistjoni ta' l-SMEs għalhekk għandha tiġi regolata, barra mill-kwistjonijiet indirizzati fis-“Small Business Act”:
|
Brussell, l-10 ta' Lulju 2008.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) L-impjiegi fis-settur tal-kostruzzjoni jirrappreżentaw 30.4 % ta' l-impjiegi industrijali. Sorsi: Eurostat u FIEC.