This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0322
Protocol on the Accession of Liechtenstein to the EC/Switzerland Agreement for establishing the State responsible for examining asylum requests * European Parliament legislative resolution of 8 July 2008 on the proposal for a Council decision on the conclusion of a Protocol between the European Community, the Swiss Confederation and the Principality of Liechtenstein on the accession of the Principality of Liechtenstein to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation concerning the criteria and mechanisms for establishing the State responsible for examining a request for asylum lodged in a Member State or in Switzerland (COM(2006)0754 — C6-0090/2008 — 2006/0252(CNS))
L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (COM(2006)0754 — C6-0090/2008 — 2006/0252(CNS))
L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (COM(2006)0754 — C6-0090/2008 — 2006/0252(CNS))
ĠU C 294E, 3.12.2009, p. 100–101
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 294/100 |
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008
L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera *
P6_TA(2008)0322
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (COM(2006)0754 — C6-0090/2008 — 2006/0252(CNS))
2009/C 294 E/31
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0754),
wara li kkunsidra l-protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera,
wara li kkunsidra l-Artikoli 63(1)(a) u 300(2), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0090/2008),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,
wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0247/2008),
1. |
Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll; |
2. |
Jirriserva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti mit-Trattat; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
Emenda 1 |
|
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ċitazzjoni 1 |
|
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu u l-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300 (3) tiegħu, |
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 300 (3) tiegħu, |
Emenda 2 |
|
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ċitazzjoni 3 |
|
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, |
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew, |