Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0429

Adattament ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, Regolament “omnibus” It-Tieni Parti ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tieni Parti (COM(2007)0824 — C6-0476/2007 — 2007/0293(COD))
P6_TC1-COD(2007)0293 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn

ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 127–127 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/127


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Adattament ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, Regolament “omnibus” It-Tieni Parti ***I

P6_TA(2008)0429

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tieni Parti (COM(2007)0824 — C6-0476/2007 — 2007/0293(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0824),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37, 44(1), 71, 80(2), 95, 152(4)(b), 175(1), 179 u 285 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0476/2007),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tas-17 ta' Settembru 2008 li jadotta l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0100/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0293

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 219/2009.)


Top
  翻译: