Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
Emenda 1
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 2
|
(2)
|
L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment tal-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta' Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tipprovdi frott, tal-ħaxix u tal-banana lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk
għandha żżid
il-konsum għall-ġejjieni permezz tad-dħul mill-promozzjoni fl-agrikoltura, huwa wieħed mill-għanijiet tal-PAK ukoll. Mhux biss, skond l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, jista' jsir provvediment għal azzjonjiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti.
|
|
(2)
|
L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment tal-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta' Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tipprovdi frott u ħaxix u banana
u prodotti tagħhom ta' oriġini fl-UE, li għandhom ikunu l-iktar friski possibbli, staġonali u li jistgħu jinkisbu bi prezz baxx
, lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet.
Kif jitlob l-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-Istati Membri, meta jkunu qed jiddeterminaw il-grupp fil-mira, għandhom jingħataw biżżejjed flessibilità li tippermettilhom, filwaqt li jżommu mal-bżonnijiet tagħhom, li jfornu frott tal-iskejjel lill-ikbar ċirku wiesa' possibbli ta' utenti
. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel lill-konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk għandu
jkollha effett pożittiv għoli fuq is-saħħa pubblika u fil-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal, iżżid
il-konsum tal-ġejjieni,
għandha toħloq effett multiplikatur billi tinvovli lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema
, biex b'hekk
ikollha effett notevolment pożittiv fuq is-saħħa pubblika u
tippromwovi d-dħul fl-agrikoltura, li huwa wkoll wieħed mill-għanijiet tal-PAK ║. Barra minn dan, skont l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, tista' ssir dispożizzjoni għal azzjonijiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti,
li għandha tkun akkumpanjata bil-fattur addizzjonali tal-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa, u li tinkoraġġixxi u tistimula l-produtturi reġjonali, b'mod partikolari dawk tar-reġjuni muntanjużi
.
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 2 a (ġdida)
|
|
(2a)
|
L-Iskema Frott għall-Iskejjel għandha tkun identifikata bħala inizjattiva tal-UE li għandha l-għan li tiġġieled l-obeżità fost it-tfal u tiżviluppa t-togħma tagħhom għal frott u ħaxix frisk. Hija għandha sservi wkoll, bl-għajnuna ta' programmi edukattivi xierqa, biex tagħmel lit-tfal konxji tat-tibdil tal-istaġuni matul is-sena. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet edukattivi għandhom, bħala prijorità, jiżguraw li jitqasam frott staġjonali, filwaqt li jagħtu preferenza għal varjetà vasta ta' frott sabiex it-tfal ikunu jistgħu jiskopru togħmiet differenti.
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 3
|
(3)
|
Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li “Livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji.” Il-benefiċċji għas-saħħa ċari tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-PAK.
|
|
(3)
|
Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li “Livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji.” Il-benefiċċji għas-saħħa ċari tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni
tal-politika tal-UE in ġenerali u fil
-PAK,
b'mod partikulari
.
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 3 a (ġdida)
|
|
(3a)
|
Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l-Biedja Organiċi jipproponi t-tnedija ta' kampanja informattiva u promozzjonali, plurijennali u madwar l-UE kollha biex tinforma l-iskejjel dwar il-vantaġġi tal-biedja organika u biex iżżid il-kuxjenza pubblika u l-għarfien għal prodotti organiċi, inkluż l-għarfien tal-logo tal-UE. L-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel għandha tappoġġja dawn l-objettivi, b'mod partikolari rigward il-frott organiku, u miżuri ta' akkumpanjament għandhom jinkludu l-forniment ta' informazzjoni dwar biedja organika.
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 6
|
(6)
|
Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex
tikkofinanzja
l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti għas-saħħa tas-setturi
tal-frott u l-ħxejjex, frott u ħaxix ipproċessat u tal-banana
u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-Iskema.
|
|
(6)
|
Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex
tiffinanzja
l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti tajbin għas-saħħa
tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, u tal-banana
u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni,
kif ukoll għall-miżuri ta' akkumpanjament meħtieġa biex tkun żgurata l-effettività tal-Iskema
. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-Iskema.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-rekwiżiti tal-kwalità u s-sostenibilità tal-prodotti koperti mill-Iskema: huma għandhom jilħqu l-ogħla standards u għandhom, preferibbilment, ikunu staġjonali u prodotti lokalment fejn possibbli, jew fl-UE
.
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 7
|
(7)
|
Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata tal-Iskema ta' Frott għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel. Għandhom jipprovdu wkoll azzjonijiet komplimentari rekwiżiti biex jagħmlu l-iskema effettiva.
|
|
(7)
|
Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata tal-Iskema ta' Frott għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel,
anke fil-qasam ta' edukazzjoni għall-gruppi mmirati
. Għandhom jipprovdu wkoll għal miżuri
edukattivi u loġistiċi
komplimentari li huma meħtieġa biex jagħmlu l-iskema effettiva,
u l-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jinkorporaw dawn il-miżuri b'mod edukattiv f'pakketti tat-tagħlim fl-iskejjel dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni
.
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 8
|
(8)
|
Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll
jitħallew
jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta' akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla preġudizzju lil kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku tal-Iskema tal-Komunità, ma għandhiex tissostitwixxi l-iffinanzjar preżenti għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel
nazzjonali
eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
|
|
(8)
|
Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll
jitħeġġu biex
jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta' akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku tal-Iskema tal-Komunità, ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament
nazzjonali
attwali għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel
pluriennali
eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkun ta' natura supplimentari u huwa riservat għal skemi ġodda jew għall-estensjoni ta' skemi eżistenti
.
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 9
|
(9)
|
Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhon jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-iffinanzjar tal-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni.
|
|
(9)
|
Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhom jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament tal-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni.
Jekk Stat Membru wieħed jew iktar ma jiħdux finanzjament Komunitarju, il-fondi jistgħu jiġu trasferiti u użati fi Stati Membri oħrajn
.
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 10
|
(10)
|
Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10.
Għandu jintbagħat rapport dwarha
wara tliet snin.
|
|
(10)
|
Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni u tal-impatt tal-programm u l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
wara tliet snin.
Minħabba li programm għal tul ta' żmien twil biss se jħalli benefiċċji fit-tul, hemm bżonn li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm sabiex titkejjel l-effettività tiegħu u jkun jista' jiġi propost titjib possibbli
.
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament — att li jemenda
Premessa 11
|
(11)
|
Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati mal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, mingħajr ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi miżuri neċessarji ta' akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex.
|
|
(11)
|
Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati mal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, bla ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi miżuri neċessarji ta' akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex.
Ikun essenzjali li l-Kummissjoni tagħmel kampanja pubbliċitarja kbira għall-Iskema mal-UE kollha
.
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 1 — punt a
Regolament (KE) Nru 1234/2007
Artikolu 103ga — Paragrafu 1
|
1.
|
Skond kundizzjonijiet li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni, mis-sena skolastika 2009/10, għandha tingħata għajnuna mill-Komunijtà għall-provvisti lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti mis-setturi
tal-frott u ħxejjex u tal-banana li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni u jistgħu
jingħataw ukoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni.
|
|
1.
|
Skont kundizzjonijiet li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni, mis-sena skolastika 2009/10, għandha tingħata għajnuna mill-Komunijtà għall-forniment lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi
u ta' qabel l-iskola
ta' ċerti prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-banana
ta' oriġini fl-UE, li għandhom ikunu magħżulin mill-Kummissjoni u determinati f'aktar dettall mill-Istati Membri
, u
għandhom
jingħataw ukoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni,
kif ukoll għal għanijiet ta' finanzjament tal-miżuri kumplimentari meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Iskema
.
|
|
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħżlu frott u ħxejjex, li għandhom ikunu friski kemm jista' jkun, staġonali u jistgħu jinxtraw bi prezz baxx, abbażi ta' kriterji tas-saħħa, pereżempju l-anqas ammont possibbli ta' addittivi mhux naturali u ħżiena għas-saħħa.
|
|
Prodotti lokali għandhom jintużaw bħala prijorità sabiex jiġu evitati t-trasport bla bżonn u t-tniġġis ambjentali li jirriżulta.
|
|
Il-frott u l-ħxejjex organiċi u lokali, jekk ikunu disponibbli, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni partikulari.
|
Emenda 14
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 1 — punt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga — Paragrafu 2
|
2.
|
L-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom iħejju strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll azzjonijiet komplimentari neċessarji biex jagħmlu l-iskema effettiva.
|
|
2.
|
L-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom iħejju strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni,
filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li jiġu prodotti fihom il-frott u l-ħxejjex. B'rabta ma' dan, għandha tiġi żgurata l-preferenza Komunitarja tal-prodotti kkonċernati. Dawn l-Istati Membri
għandhom jipprovdu wkoll
ir-riżorsi finanzjarji Komunitarji u nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u għandhom iwettqu l
-miżuri komplimentari neċessarji biex jagħmlu l-iskema effettiva,
bi prijorità mogħtija lit-tfal ta' qabel l-iskola u dawk fl-iskejjel primarji, li għalihom il-frott għandu jitqassam b'xejn kuljum
.
|
|
|
Fi ħdan din l-Istrateġija, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, inter alia, dan li ġej:
|
|
—
|
il-prodotti li jridu jitqassmu, filwaqt li titqies ix-xorta staġjonali u lokali tal-prodotti;
|
|
|
—
|
l-gruppi tal-età tal-popolazzjoni skolastika li se jibbenefikaw;
|
|
|
—
|
l-istabbilimenti edukattivi li jkunu qed jipparteċipaw fl-Iskema.
|
|
|
Skond kriterji objettivi, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lil frott u ħxejjex prodotti lokalment u tradizzjonali u jappoġġjaw l-irziezet iż-żgħar fl-implimentazzjoni tal-iskema.
|
|
Il-miżuri kumplimentari għandhom jinkludu l-għoti ta' pariri dwar is-saħħa u d-dieta u informazzjoni dwar il-benefiċċju tal-frott għas-saħħa, adattati għall-età tal-istudenti, kif ukoll informazzjoni dwar karatteristiċi partikolari tal-biedja organika.
|
Emenda 15
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 1 — sottopunt 1
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103g a — Punt 3 — ittra a
|
(a)
|
taqbeż EUR
90 miljun
kull sena skolastika,
|
|
(a)
|
taqbeż EUR
500 miljun
kull sena skolastika,
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 1 — sottopunt 1
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga — Punt 3(b)
|
b)
|
taqbeż
il-50 % ta
' l-ispejjeż tal-provvista u tal-ispejjeż relatati kif imsemmi fil-paragrafu 1,
jew 75 % ta' dawn l-ispejjeż fir-reġjuni eliġibbli skond l-Għan ta' Konverġenza
,
|
|
b)
|
taqbeż l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati
u dawk tal-miżuri kumplimentari
kif imsemmi fil-paragrafu 1,
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 1 — sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga — paragrafu 3 — punt c
|
c)
|
tkopri spejjeż oħra apparti l-ispejjeż tal-provvista kif imsemmi fil-paragrafu 1, u
|
|
c)
|
tkopri spejjeż oħra apparti l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati
u dawk tal-miżuri kumplimentari meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Iskema
, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u
|
|
Emenda 18
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 1 — sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103g — paragrafu 3 — punt d
|
(d)
|
tintuża biex tissostitwixxi l-iffinanzjar preżenti għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenzjali jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
|
|
(d)
|
tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament
pubbliku
attwali għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenzjali jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
|
|
Emenda 19
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 1 — sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga — paragrafu 5
|
5.
|
L-iskema ta' frott għall-iskejjel tal-Komunità għandha tkun bla preġudizzju għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenti li jirrispettaw il-liġi tal-Komunità.
|
|
5.
|
L-iskema ta' frott għall-iskejjel tal-Komunità għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenti li jirrispettaw il-liġi tal-Komunità.
Il-proġetti pilota, imwettqa fuq bażi esperimentali f'numru żgħir ta' stabbilimenti edukattivi għal perjodi limitati ta' żmien, m'għandhomx jitqiesu bħala skemi nazzjonali taħt il-paragrafu 3(d)
.
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament — att li jemenda
Artikolu 2 — punt 3
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 184 — Punt 6
|
(6)
|
qabel il-31 ta' Awissu 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel preskritta fl-Artikolu 103ga, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposti xierqa. Ir-rapport għandu partikularment jindirizza il-kwistjonijiet ta' vastità li biha l-iskema ppromwoviet l-istabbiliment ta' skema ta' frott għall-iskejjel li jiffunzjonaw tajjeb fl-Istati Membri u l-impatt tal-Iskema fuq it-titjib ta' l-abitudnijiet tal-ikel tat-tfal.
|
|
(6)
|
qabel il-31 ta' Awissu 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel preskritta fl-Artikolu 103ga, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposti xierqa. Ir-rapport għandu partikularment jindirizza il-kwistjonijiet ta':
|
|
|
—
|
il-limitu sa fejn l-iskema ppromwoviet l-istabbiliment ta' skema ta' frott għall-iskejjel li jiffunzjonaw tajjeb fl-Istati Membri u l-impatt tal-Iskema fuq it-titjib tad-drawwiet tal-ikel tat-tfal;
|
|
|
—
|
il-limitu sa fejn l-għażla ta' kofinanzjament nazzjonali, permezz ta' kontribuzzjoni parentali, tkun influwenzat jew le il-firxa u l-effettività tal-iskema;
|
|
|
—
|
ir-rilevanza u l-impatt ta' miżuri nazzjonali kumplimentari, b'mod partikolari l-mod ta' kif l-Iskema ta' Frott fl-Iskejjel u l-informazzjoni kumplimentari dwar dieta tajba għas-saħħa ġew inkorporati fil-kurrikulu nazzjonali;
|
|