Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0614(04)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Ftalat butiliku benżiliku (BBP), 2-furaldeide (Furfural), aċidu Perboriku, melħ tas-sodju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 149, 14.6.2008, p. 14–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 149/14

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Ftalat butiliku benżiliku (BBP), 2-furaldeide (Furfural), aċidu Perboriku, melħ tas-sodju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 149/04)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtar tad-dejta, l-iffissar tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta' strateġiji biex ikunu limitati r-riskji ta' sustanzi eżistenti.

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità li jeħtieġu valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/95 (2) u (KE) Nru 143/97 (3) li jikkonċernaw rispettivament it-tieni u t-tielet lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

ftalat Benżiliku Butiliku (BBP),

2-furaldeide (Furfural),

aċidu Perboriku, melħ tas-sodju.

L-Istati Membri rapporteurs maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti (4) u ssuġġerew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjoni dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteurs. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-Kumitati Xjentifiċi.

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġija rakkomandata biex ikunu limitati r-riskji għandhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju u ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni 2008/447/KE korrispondenti tal-Kummissjoni (5) [inkludi ref. għar-rakkomandazzjoni], tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju (6) u strateġiji biex ikunu limitati r-riskji għas-sustanzi msemmija hawn fuq.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji li għalihom tipprovdi din il-komunikazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.

(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 231, 28.9.1995, p. 18.

(3)  ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.

(4)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 156, 14.6.2008.

(6)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

ANNESS

PARTI 1

CAS-Nru: 85-68-7

EINECS-Nru: 201-622-7

Formula Strutturali

Image

Isem EINECS:

Ftalat Benżiliku Butiliku

Isem IUPAC:

Ftalat Benżiliku Butiliku

Rapporteur:

In-Norveġja

Klassifikazzjoni (1):

Ripr. Kat. 2; R61

Ripr. Kat. 3; R62

N; R50-53

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament (aktar minn 95 %) bħala plastifikant tal-polyvinyl chloride (PVC) u polimeri oħra.

Il-materjal polimeriku plastifikat mill-BBP għandu użijiet għall-konsumatur u għall-industrija f'pavimenti, siġillanti, kisi tat-tessuti u sustanzi li jwaħħlu. Użu anqas komuni huwa f'applikazzjoni mhux polimerika u użu relattivament żgħir iżda sinifikanti huwa fil-qasam tal-kisi jew ta' l-imballaġġ ta' l-ikel li naqas f'dawn l-aħħar snin minħabba żviluppi teknoloġiċi li permezz tagħhom ma għadx hemm il-ħtieġa għall-BBP f'waħda mill-applikazzjonijiet tal-kisi ta' l-ikel (i.e. kisja rriġenerata taċ-ċelluloża). Barra minn hekk, il-BBP kien irrapportat f'konċentrazzjonijiet baxxi f'oġġetti għall-kura tat-tfal u f'ġugarelli tat-tfal; madankollu, f'dawn il-prodotti l-BBP probabbilment ikun preżenti bħala prodott sekondarju u ma kienx miżjud intenzjonalment fil-prodotti.

Minħabba li l-BBP mhuwiex marbut b'mod kimiku mal-matriċi jista' jemigra mill-materjal polimeriku u jkun disponibbli għal emissjonijiet lejn matriċi oħrajn (ambjentali jew bijoloġiċi). Il-BBP jista' jkun rilaxxat minn prodotti b'bażi ta' polimeri waqt l-użu jew wara r-rimi tagħhom. Ir-rata ta' emissjoni tiddependi fuq fatturi varji, pereżempju t-temperatura u kuntatt fiżiku jew mekkaniku mal-prodott.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA, għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT hija

li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Għandu jitqies li effetti addittivi relatati mal-ko-esponiment ma' ftalati oħrajn ma ġewx ivvalutati fil-valutazzjoni tar-riskju.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi) hija

li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA hija

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA:

1.

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod xieraq ir-riskji għall-ekosistema akkwatika.

Ir-rekwiżiti ta' tagħrif u/jew ittestjar huma:

studju fuq perjodu twil dwar effetti riproduttivi u endokrinali.

2.

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji li diġà qegħdin jittieħdu se jiġu kkunsidrati. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar il-kompartiment akkwatiku (inkluż is-sediment) bħala konsegwenza ta' esponiment minn pavimenti f'siti kbar u żgħar u użu mhux polimeriku waqt l-ipproċessar u l-formulazzjoni.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA TERRESTRI:

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji li diġà qegħdin jittieħdu se jiġu kkunsidrati. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar il-kompartiment terrestri (inkluż is-sediment) bħala konsegwenza ta' esponiment minn pavimenti f'siti kbar u żgħar, tessuti miksijin bil-PVC u użu mhux polimeriku waqt l-ipproċessar u l-formulazzjoni. Is-sitwazzjonijiet li joħolqu tħassib huma sitwazzjonijiet ġeneriċi bbażati fuq in-nuqqas ta' dejta ta' emissjonijiet.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika. Fi ħdan il-qafas huwa rakkomandat li:

jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-BBP fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KEE (3),

għall-AMBJENT

Huwa rakkomandat

biex ikunu ffaċilitati l-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ skond id-Direttiva tal-Kunsill 2008/1/KE (4) (Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis) li l-BBP għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar “l-Aqwa Metodi Disponibbli” (BAT).

li jkunu kkunsidrati, fi ħdan il-qafas tal-miżuri leġiżlattivi eżistenti skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (id-Direttiva tal-Marketing u tal-Użu'), restrizzjonijiet għall-użu tal-BBP f'installazzjonijiet industrijali għall-ipproċessar tal-polimeri bil-BBP (formulazzjoni u pproċessar ta' pavimenti tal-plastisol) u formulazzjoni u pproċessar ta' tessuti miksija bil-PVC u użijiet mhux polimeriċi tal-BBP, li jeżentaw installazzjonijiet mingħajr emissjonijiet ta' BBP fl-ambjent kif ukoll installazzjonijiet fejn emissjonijiet tal-BBP huma kkontrollati b'mod xieraq. Kontroll xieraq jista' eż. jintlaħaq permezz ta' trattament effiċjenti ta' arja ta' skart u effluwenti ta' l-ilma. L-effiċjenza fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet għandha tiġi dokumentata biex tipermetti segwitu mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri.

PARTI 2

(CAS Nru: 98-01-1

EINECS-Nru: 202-627-7

Formula Strutturali

Image

Formula molekulari

C5H4O2

Isem EINECS:

2-furaldeide

Isem IUPAC:

2-furaldeide

Rapporteur:

L-Olanda

Klassifikazzjoni (5):

Xejn

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur.

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza f'madwar 75 % tal-każijiet tintuża fil-produzzjoni tad-derivattivi tal-furan. Fil-bqija tal-każijiet tintuża primarjament bħala solvent selettiv fir-raffineriji. Użijiet oħra rrapportati huma fil-manifattura ta' sustanzi li jirreżistu s-sħana u pestiċidi, jew l-użu bħala kimika ta' l-ittraċċar fil-gass-żejt (raffineriji). Barra minn hekk tintuża bħala fwieħa fil-kożmetiċi, u bħala reaġent fil-kimika analitika. Fir-Renju Unit hemm prattika ta' użu differenti, fejn bejn wieħed u ieħor f'40 % tal-każijiet tintuża fil-produzzjoni tar-reżini, roti għall-brix u sustanzi li jirreżistu s-sħana.

Barra dan, il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi ta' esponiment mhux intenzjonati li ma jirriżultawx miċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea. B'mod partikolari, it-2-furaldeide huwa kompost naturali volatili identifikat f'ħafna ikel (frott, ħaxix, inbid, ħobż) u f'diversi żjut essenzjali tal-pjanti; It-2-furaldeide jifforma f'ammonti żgħar ħafna f'għadd ta' sorsi tad-dieta u bħala prodott sekondarju ta' degradazzjoni fl-iskart tal-produzzjoni tal-kimiki u l-fjuwil. It-2-furaldeide huwa wkoll kontaminant ewlieni mill-proċessi ta' ppolpjar bis-sulfit użati fl-industrija tal-polpa u tal-karta, jew jista' jiġi rilaxxat fl-ambjent fid-duħħan minn injam li jkun qed jaqbad. Ir-riskji minn dawn l-esponimenti mhux intenzjonati huma lil hinn mill-iskop ta' dan ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, li madankollu jipprovdi tagħrif li jista' jintuża biex ikunu vvalutati dawk ir-riskji.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA:

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti sistemiċi u effetti lokali fuq l-apparat respiratorju b'konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni ripetuta fis-sitwazzjonijiet kollha,

hemm tħassib dwar effetti sistemiċi b'konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda ripetut fit-tindif u fil-manutenzjoni waqt il-produzzjoni,

hemm tħassib dwar effetti sistemiċi b'konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda u inalazzjoni ripetuti fit-tindif u fil-manutenzjoni waqt il-produzzjoni,

hemm tħassib dwar il-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda u inalazzjoni ripetuti fis-sitwazzjonijiet kollha ta' esponiment.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT:

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi):

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

meta jitqiesu l-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanza, mhumiex mistennija riskji minn proprjetajiet fiżikokimiċi.

B   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA TERRESTRI:

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu kkaratterizzati l-effetti tossiċi tat-2-furaldeide għall-ekosistemi terrestri. Il-ħamrija PEC hija ogħla mill-ħamrija PNEC fis-sitwazzjonijiet 'formulazzjoni għall-manifattura ta' sustanzi li jirreżistu n-nar' u 'użu bħala intermedjarju fil-manifattura tal-pestiċidi'. Il-PNEC terrestri huwa derivat mill-metodu ta' tqassim f'ekwilibriju u għalhekk hemm lok biex dan il-PNEC jiġi rraffinat permezz ta' ttestjar,

madankollu, l-ebda ttestjar m'huwa propost għall-kompartiment terrestri għaliex miżuri tat-tnaqqis tar-riskju huma proposti għall-kompartiment akkwatiku lokali li għandu jkopri il-konklużjonijiet għall-kompartiment terrestri.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA:

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar il-kompartiment akkwatiku b'konsegwenza ta' esponiment minn formulazzjoni ta' kimiki ta' l-ittraċċar fl-industrija taż-żjut minerali u tal-fjuwil, formulazzjoni għall-manifattura ta' sustanzi li jirreżistu n-nar u użu bħala intermedjarju fil-manifattura tal-pestiċidi.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tagħti qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi għall-ħaddiema sa fejn meħtieġ u għandha tapplika.

Fi ħdan dan il-qafas huwa rrakkomandat li:

jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għat-2-furaldeide skond id-Direttiva 98/24/KEE (3),

għall-AMBJENT

huwa rakkomandat biex ikunu ffaċilitati l-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ skond id-Direttiva tal-Kunsill 2008/1/KE (4) (Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis) li t-2-furaldeide għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar 'l-Aqwa Metodi Disponibbli' (BAT).

PARTI 3

CAS-Nru: 11138-47-9

EINECS-Nru: 234-390-0

Numru għall-forma anidra li tkopri l-mono- u t-tetraidrat

Formuli Strutturali:

Image

BHO3. H2O.Na (monoidrat)

Image

BHO3. 4H2O.Na (tetraidrat)

Isem EINECS:

aċidu perboriku, melħ tas-sodju

Isem IUPAC:

perborat tas-sodju

Rapporteur:

L-Awstrija

Klassifikazzjoni (6):

Xejn

Il-valutazzjoni tar-riskju (2) hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv mibgħut lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur.

Il-valutazzjoni tar-riskju tivvaluta r-riskju mill-perborat tas-sodju u mill-prodott ta' degradazzjoni tiegħu, il-perossidu ta' l-idroġenu. Ir-riskju tal-prodott ta' degradazzjoni l-aċidu boriku ma ġiex ivvalutat fir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv.

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea l-mono- u t-tetraidrat tal-perborat tas-sodju jintużaw primarjament bħala aġenti ossidanti u li jibbliċjaw fid-diterġenti (diterġenti għall-użu fid-dar kif ukoll diterġenti għall-użijiet istituzzjonali) u wkoll fit-tindif (eż. magni għall-ħasil tal-platti awtomatiċi, aġenti li jneħħu t-tbajja' f'forma ta' blokok li jsaħħu l-bliċ) u preparazzjonijiet kożmetiċi (aġenti li jnaddfu d-dentaturi). F'applikazzjonijiet ta' ħasil f'laundry, il-perborati jintużaw fi trab normali u f'dak kumpatt u qawwi.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA:

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti lokali fuq il-passaġġi respiratorji tan-naħa ta' fuq u dwar efetti ta' żvilupp b'konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni fil-produzzjoni tal-perborat tas-sodju.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi):

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA, għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.

(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi, ĠU L 216, 16.6.2004, p. 125.

(2)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

(3)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(4)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(5)  Din is-sustanza kimika attwalment mhijiex inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.

(6)  Din is-sustanza kimika attwalment mhijiex inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.

Top
  翻译: