This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009AP0107(01)
Mobilisation of the European Globilisation Adjustment Fund: Sweden – Volvo; Austria – Steiermark; Netherlands – Heijmans European Parliament resolution of 16 December 2009 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (COM(2009)0602 – C7-0254/2009 – 2009/2183(BUD))#ANNEX
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Svezzja/Volvo - Awstrija/Steiermark - Olanda/Heijmans Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Diċembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (COM(2009)0602 – C7-0254/2009 – 2009/2183(BUD))
ANNESS
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Svezzja/Volvo - Awstrija/Steiermark - Olanda/Heijmans Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Diċembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (COM(2009)0602 – C7-0254/2009 – 2009/2183(BUD))
ANNESS
ĠU C 286E, 22.10.2010, p. 47–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 286/47 |
L-Erbgħa, 16 ta’ Diċembru 2009
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Svezzja/Volvo - Awstrija/Steiermark - Olanda/Heijmans
P7_TA(2009)0107
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (COM(2009)0602 – C7-0254/2009 – 2009/2183(BUD))
2010/C 286 E/11
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0602 – C7-0254/2009),
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1) (il-Ftehim Interistituzzjonali), u b'mod partikulari l-punt 28,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament tal-EGF),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali (A7-0079/2009),
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu minħabba l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fis-sistemi kummerċjali dinjija u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, |
B. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond, |
C. |
billi l-Isvezja, l-Awstrija u l-Olanda talbu għall-għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw is-sensji fis-settur awtomotiv fl-Isvezja (3) u l-Awstrija (4), u fis-settur tal-kostruzzjoni f'kumpanija waħda, Heijmans N.V., fl-Olanda (5), |
D. |
billi l-applikazzjonijiet issodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament EGF, |
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni; |
2. |
Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, fejn jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li tilfu xogħolhom minħabba l-globalizzazzjoni; |
3. |
Jenfasizza li l-possibilità li l-proposti għal deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-fond jinġabru f'lottijiet skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-EGF tipperikola d-dritt tal-awtorità baġitarja li teżamina kull applikazzjoni fuq il-bażi tal-merti tagħha u tista', b'konsegwenza, tippenalizza xi wħud minnhom; |
4. |
Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi tagħha kollha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija; jenfasizza li f'dan ir-rigward l-EGF jista' jkollu rwol kruċjali biex il-ħaddiema li tilfu xogħolhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; |
5. |
Jenfasizza li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-EGF, għandu jiġi żgurat li l-EGF jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-EGF ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi; |
6. |
Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-EGF, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l-EGF inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu; |
7. |
Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-EGF għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013; |
8. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex minn issa 'l quddiem tissottometti l-proposti għall-awtorizzazzjoni tal-mobilizzazzjoni tal-Fond b'mod separat għal kull applikazzjoni; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) EGF/2009/007 SE/Volvo
(4) EGF/2009/009 AT/Steiermark
(5) EGF/2009/011 NL/Heijmans N.V.
L-Erbgħa, 16 ta’ Diċembru 2009
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), u b'mod partikulari l-punt 28,
ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati li jbatu minħabba l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fis-sistemi kummerċjali dinjija u biex jgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
L-ambitu tal-EGF ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet sottomessi mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. |
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF sal-limitu annwali massimu ta' EUR 500 miljun. |
(4) |
L-Isvezja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur awtomotiv, fil-5 ta' Ġunju 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 9 839 674. |
(5) |
L-Awstrija ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur awtomotiv, fid-9 ta' Lulju 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 5 705 635. |
(6) |
L-Olanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur tal-kostruzzjoni, fl-4 ta' Awwissu 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 386 114. |
(7) |
L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mill-Isvezja, l-Awstrija u l-Olanda. |
JIDDEĊIEDU:
Artikolu 1
Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 15 931 423 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President