This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0022
Preliminary draft amending budget N° 1 to the general budget 2009 - Statement of expenditure by section - Section III - Commission
Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 1 għall-baġit ġenerali tal-2009 - Dikjarazzjoni tal-infiq taqsima b’taqsima - Taqsima III – Il-Kummissjoni
Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 1 għall-baġit ġenerali tal-2009 - Dikjarazzjoni tal-infiq taqsima b’taqsima - Taqsima III – Il-Kummissjoni
/* KUMM/2009/0022 finali */
Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 1 għall-baġit ġenerali tal-2009 - Dikjarazzjoni tal-infiq taqsima b’taqsima - Taqsima III – Il-Kummissjoni /* KUMM/2009/0022 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.1.2009 KUMM(2009) 22 finali ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA Nru 1 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2009 DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni (preżentata mill-Kummissjoni) ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA Nru 1GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2009 DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni Wara li ġie kkunsidrat: - it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 272 tiegħu, - it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu, - ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1525/2007[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz Preliminari ta' Baġit ta’ Emenda Nru 1 għall-baġit tal-2009. WERREJ 1. Introduzzjoni 4 2. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE 4 2.1. Ir-Rumanija: Għargħar 4 2.2. Finanzjament 5 TIBDILIET FID-DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMA It-tibdil fid-dikjarazzjoni tal-infiq taqsima b'taqsima jintbagħat separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit. 1. Introduzzjoni L-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta’ Emenda (APBE) Nru 1 għas-sena 2009 jkopri l-elementi li ġejjin: - Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għal ammont ta’ EUR 11,8 miljun fl-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet b’relazzjoni mal-effetti tal-għaragħar li laqtu lir-Rumanija. - Tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ EUR 11.8 miljun mil-linja 13 03 16 (Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)-Konverġenza). 2. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE 2.1. Ir-Rumanija: Għargħar F’Lulju 2008 parti pjuttost estensiva tar-Rumanija intlaqtet minn xita qawwija, li wasslet għal għargħar sever u żerżiq ta’ ġebel minn ġnub l-għoljiet. Fl-iskadenza ta' 10 ġimgħat stipulata mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[3], l-awtoritajiet Rumeni applikaw għal għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE. Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-applikazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4 tiegħu. Fil-qosor, l-aktar elementi importanti tal-valutazzjoni huma dawn: 1. L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fl-1 ta’ Ottubru 2008, li kien fil-limitu preskritt ta’ 10 ġimgħat wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fl-24 ta’ Lulju 2008. 2. Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali. L-awtoritajiet Rumeni stmaw li d-dannu dirett totali huwa ta’ EUR 471.4 miljuni. Dan l-ammont jirrappreżenta madwar 83% tal-limitu normali għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà applikabbli għar-Rumanija ta’ EUR 566.8 miljuni (jiġifieri 0.6% tad-DGN tar-Rumanija). Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont ta' għajnuna finanzjarja. L-għajnuna finanzjarja tista’ tintuża biss għal ħidmiet ta’ emerġenza essenzjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament. 3. Peress li l-ħsara totali tibqa' taħt il-limitu normali l-applikazzjoni hija bbażata fuq l-hekk imsejjaħ kriterju ta’ “diżastru reġjonali straordinarju” stabbilit fl-Artikolu 2(2), is-subparagrafu finali tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistipula l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà “taħt ċirkostanzi eċċezzjonali”. Taħt dan il-kriterju, reġjun jista’ eċċezzjonalment jibbenefika wkoll minn għajnuna mill-Fond fejn dan ikun affettwat minn diżastru straordinarju, prinċipalment wieħed naturali, li jaffettwa l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tiegħu, u li jħalli riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq il-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien u fuq l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun. 4. L-applikazzjoni għandha x’taqsam ma’ ħames kontej (Maramures, Suceava, Botosani, Iasi, Neamt) fil-parti tal-Grigal tar-Rumanija. Ir-reġjun milqut huwa żona kontigwa u koerenti b’popolazzjoni totali ta’ aktar minn 3 miljun abitant. L-awtoritajiet Rumeni indikaw li l-parti l-kbira tal-popolazzjoni li tgħix f’din iż-żona kienet milquta. 241 muniċipalità b’popolazzjoni totali ta’ 1.6 miljun abitant sofrew direttament mid-diżastru, bil-qerda parzjali jew totali ta’ djar privati u uċuħ tar-raba agrikoli. 5. L-awtoritajiet Rumeni ppreżentaw evidenza biex juru r-riperkussjonijiet serji u fit-tul fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun milqut. Ġiet irrappurtata ħsara kbira fl-infrastruttura bażika, fl-agrikoltura, il-forestrija, il-bhejjem u d-djar privati. Filwaqt li l-ekonomija fir-reġjun milqut tistrieħ bil-kbir fuq is-settur agrikolu, l-għargħar kopra 39 214 ettaru ta’ art agrikola u 240 ettaru ta’ foresti. Sal-2009 m’hi mistennija l-ebda produzzjoni agrikola fl-inħawi milquta. Barra minn hekk, l-infrastruttura bażika sofriet ħsarat seji: total ta’ 1,949 km ta’ toroq għerqu, u 2,000 pont u 87.6 km ta' gnub tax-xmajjar u digi ġarrbu ħsarat totali. It-toroq milquta mill-għargħar fil-fruntiera tal-istat tar-Rumanija mal-Moldova u l-Ukrajna affettwaw b'mod konsiderevoli l-iskambju ekonomiku bejn ir-Rumanija u l-pajjiżi li jinsabu fit-Tramuntana u l-Grigal tal-Ewropa. Id-diżastru ħalla riperkussjonijiet tat-tul fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-reġjun milqut, b’madwar 14 644 djar meqruda, infrastruttura bażika li se tibqa’ għal żmien mhux disponibbli (ilma/enerġija), u infrastuttura ta’ trasport li ġarrbet ħsarat serji li qed twassal għall-iżolament komplet ta’ madwar 100 muniċipalità. 6. L-ispiża għal ħidmiet ta’ emerġenza essenzjali eliġibbli taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regolament 2012/2002 ġiet stmata mill-awtoritajiet Rumeni li jlaħħaq EUR 390.8 miljun u ġie mqassam skont it-tipi differenti ta’ ħidmiet. Il-parti l-kbira tal-operazzjoni għandha x’taqsam mar-restawr immedjat tat-trasport u l-infrastruttura tal-ilma biex jerġgħu jibdew jiffunzjonaw u t-twaqqif immedjat ta’ infrastruttura preventiva għall-protezzjoni mill-għargħar. It-tipi ta’ operazzjoni li se jiġu ffinanzjati mill-Fond se jiġu ddefiniti b’mod ċar fil-Ftehim ta’ Implimentazzjoni. 7. L-awtoritajiet Rumeni ddikjaraw li ma rċevew l-ebda finanzjament minn sorsi oħra ta'finanzjament tal-Komunità fiż-żmien tal-applikazzjoni. 8. L-awtoritajiet Rumeni ddikjaraw ukoll li l-assikurazzjoni ma tkopri xejn mill-ħsara eliġibbli. Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, għalhekk, qed jiġi propost li l-applikazzjoni li saret mir-Rumanija relatata mal-għargħar f’Lulju tal-2008 tista' tiġi aċċettata bħala "diżastru reġjonali straordinarju" u li għandu jiġi użat il-Fond ta' Solidarjetà. 2.2. Finanzjament Il-baġit totali annwali disponibbli għall-Fond ta’ Solidarjetà huwa ta’ EUR 1 biljun. Minħabba li s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ċentrali għall-ħolqien tal-Fond, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna mill-Fond għandha tkun progressiva. Dan ifisser li, skond prattika preċedenti, il-parti tal-ħsarat li taqbeż il-limitu (0.6 % tad-DGN jew EUR 3 biljun bil-prezzijiet ta' l-2002, liema minnhom ikun l-iżgħar ammont) għandha twassal għal intensità ta' għajnuna akbar minn ħsarat li jaslu sal-limitu. Ir-rata applikata fl-imgħoddi biex ikunu definiti l-allokazzjonijiet għal diżastri maġġuri hija ta’ 2.5 % tal-ħsarat diretti totali taħt il-limitu għall-użu tal-Fond u 6 % 'l fuq mil-limitu. Għal diżastri reġjonali straordinarji r-rata hija ta’ 2.5% tal-ħsara diretta totali. Il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għajnuna tal-Fond ta’ Solidarjetà kienet imfassla fir-Rapport Annwali tal-2002-2003 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà u aċċettata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Qed jiġi propost li jkunu applikati l-istess persentaġġi f’dan il-każ u li jingħataw l-ammonti ta’ għajnuna li ġejjin: (EUR) | Ħsara diretta | Limitu | Ammont ibbażat fuq 2.5 % | Ammont ibbażat fuq 6% | Ammont totali ta’ l-għajnuna proposta | Għargħar fir-Rumanija | 471 415 101 | 566 845 000 | 11 785 377 | - | 11 785 377 | Dan l-ammont ta’ kumpens se jħalli mill-anqas 25% tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea disponibbli għall-allokazzjoni matul l-aħħar kwart tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) 2012/2002. F’dan l-istadju bikri fis-sena tal-baġit huwa diffiċli li wieħed ibassar bl-eżatt fejn jista' jsir it-tqassim mill-ġdid. Madankollu, sabiex jiġi evitat il-bżonn ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ġodda, qed jiġi propost li l-ammont ta’ EUR 11.8 miljun ikun allokat mil-linja baġetarja 13 03 16 Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)-Konverġenza għal-linja baġetarja 13 06 01 biex ikopri l-ħtiġijiet korrispondenti li għandhom x'jaqsmu mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. L-implimentazzjoni ta' linja 13 03 16 se tiġi ssorveljata mill-qrib matul is-sena baġetarja. TABELLA FIL-QOSOR SKONT L-INTESTATURA TAL-QAFAS FINANZJARJU Qafas finanzjarju Intestatura/sottointestatura | Qafas finanzjarju 2009 | Baġit 2009 | PDAB 1/2009 | Baġit 2009 + PDAB 1/2009 | |CA |PA |CA |PA |CA |PA |CA |PA | | 1. TKABBIR SOSTENIBBLI | | | | | | | | | | 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjieg |11 272 000 000 | |11 768 997 000 |11 024 385 513 | | |11 768 997 000 |11 024 385 513 | |1b. Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjieg |48 428 000 000 | |48 426 884 669 |34 975 134 166 | |-11 785 377 |48 426 884 669 |34 963 348 789 | | Totali | 59 700 000 000 | |60 195 881 669 | 45 999 519 679 | |-11 785 377 | 60 195 881 669 | 45 987 734 302 | | Marġni[4] | | |4 118 331 | | | |4 118 331 | | | 2. PRESERVAZZJONI U ĠESTJONI TA' RIŻORSI NATURALI | | | | | | | | | | Li minnhom infiq relatat mas-suq u ħlasijiet diretti |46 679 000 000 | |41 131 356 325 |41 083 823 325 | | |41 131 356 325 |41 083 823 325 | | Totali | 59 639 000 000 | |56 121 437 011 | 52 566 129 680 | | |56 121 437 011 | 52 566 129 680 | | Marġni | | |3 517 562 989 | | | |3 517 562 989 | | | 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA | | | | | | | | | | 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja |872 000 000 | |863 925 000 |617 440 000 | | |863 925 000 |617 440 000 | |3b. Ċittadinanza |651 000 000 | |650 963 000 |678 960 000 |+11 785 377 |+11 785 377 |662 748 377 |690 745 377 | | Totali | 1 523 000 000 | |1 514 888 000 | 1 296 400 000 | +11 785 377 | +11 785 377 | 1 526 673 377 | 1 308 185 377 | | Marġni[5] | | |8 112 000 | | | |8 112 000 | | | 4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI[6] |7 440 000 000 | | 8 103 930 360 | 8 324 169 158 | | | 8 103 930 360 | 8 324 169 158 | | Marġni | | | -419 930 360 | | | | -419 930 360 | | | 5. AMMINISTRAZZJONI[7] |7 699 000 000 | |7 700 730 900 | 7 700 730 900 | | |7 700 730 900 | 7 700 730 900 | | Marġni | | | 76 269 100 | | | | 76 269 100 | | | 6. KUMPENS | 210 000 000 | |209 112 912 | 209 112 912 | | |209 112 912 | 209 112 912 | | Marġni | | | 887 088 | | | | 887 088 | | | TOTAL | 136 211 000 000 | 123 858 000 000 | 133 845 980 852 | 116 096 062 329 | +11 785 377 | 0 |133 857 766 229 | 116 096 062 329 | | Marġni | | |3 187 019 148 | 8 083 937 671 | | |3 187 019 148 | 8 083 937 671 | | [1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. [2] ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 311 tal-14.11.2002, p. 3. [4] Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) m’huwiex inkluż fil-kalkolu tal-marġni taħt l-Intestatura 1a. [5] L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) ikun inserit apparti l-intestaturi relevanti kif previst mill-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006) [6] Il-marġni għall-2009 fl-intestatura 4 ma jinkludix l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għal Għajnuna f'Emerġenza jew il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà. [7] Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu ta' l-intestatura 5, ittieħed kont tan-nota (1) f'qiegħ il-paġna fil-qafas finanzjarju 2007-2013 għal somma ta' EUR 78 miljun mill-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.