Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0471

It-traffikar tal-bnedmin ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI (COM(2010)0095 – C7-0087/2010 – 2010/0065(COD))
P7_TC1-COD(2010)0065 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tagħha, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI

ĠU C 169E, 15.6.2012, p. 196–197 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/196


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
It-traffikar tal-bnedmin ***I

P7_TA(2010)0471

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI (COM(2010)0095 – C7-0087/2010 – 2010/0065(COD))

2012/C 169 E/36

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0095),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 82(2) u 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0087/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet imressqa mill-parlamenti nazzjonali dwar l-abbozz tal-att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010,

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Novembru 2010 li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0348/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0065

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tagħha, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/36/UE).


Top
  翻译: