Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DP0001

Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta' Jannar 2010 li taħtar l-Ombudsman Ewropew
ANNESS

ĠU C 305E, 11.11.2010, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 305/19


L-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2010
Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew

P7_TA(2010)0001

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010 li taħtar l-Ombudsman Ewropew

2010/C 305 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet (2),

wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010,

1.

Jaħtar Nikiforos Diamandouros biex iservi/isservi bħala Ombudsman Ewropew;

2.

Jitlob lil Nikiforos Diamandouros biex jieħu/tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tieġħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tieġħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.


L-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-20 ta' Jannar 2010

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet (2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010,

IDDEĊIEDA:

li jaħtar Nikiforos DIAMANDOUROS biex iservi/isservi bħala Ombudsman Ewropew.

Magħmula fi Strasburgu, fl-20 ta' Jannar 2010

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Jerzy BUZEK


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.


Top
  翻译: