Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0216

Dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (COM(2010)0641 – C7-0403/2010 – 2007/0206(CNS))

ĠU C 377E, 7.12.2012, p. 250–251 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 377/250


L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
Dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat *

P7_TA(2011)0216

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (COM(2010)0641 – C7-0403/2010 – 2007/0206(CNS))

2012/C 377 E/43

(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587) u l-proposta emendata (COM(2010)0641),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0403/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0100/2011),

A.

billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwestjoni fiha sempliċi kodifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 119.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top
  翻译: