Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0311

Is-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji (COM(2010)0433 – C7-0203/2010 – 2010/0232(COD))
P7_TC1-COD(2010)0232 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta’ Lulju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji
ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

ĠU C 33E, 5.2.2013, p. 296–298 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 33/296


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Is-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji ***I

P7_TA(2011)0311

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji (COM(2010)0433 – C7-0203/2010 – 2010/0232(COD))

2013/C 33 E/35

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0433),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0203/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Jannar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta’ Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0097/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jadotta d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 62, 26.2.2011, p. 1.


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0232

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Lulju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/89/UE.)


It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew

Hemm ċirkustanzi partikolari fis-servizzi finanzjarji u l-Arkitettura Superviżorja Ewropea li jagħmlu t-tabelli ta’ korrelazzjoni essenzjali.

Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-triloġija tal-1 ta’ Ġunju 2011 rigward id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji ma jippreġudikax ir-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.

Dikjarazzjoni mill-Kunsill

Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim li ntlaħaq dwar dan il-każ speċifiku bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fit-triloġija tal-1 ta’ Ġunju 2011 rigward id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-fajl, ma jippreġudikax la l-pożizzjoni tal-Kunsill u lanqas ir-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tilqa’ r-riżultat tan-negozjati dwar dan il-fajl.

Il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn tagħha biex tiżgura li l-Istati Membri jistabbilixxu t-tabelli ta’ korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri ta’ transpożizzjoni li jadottaw mad-direttiva tal-UE u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fil-qafas tat-transpożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fl-interessi taċ-ċittadini, biex ikun hemm leġiżlar aħjar u żieda fit-trasparenza legali u biex jiġi megħjun l-eżami tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-UE.

Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha bil-għan li ssib flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni istituzzjonali orizzontali.


Top
  翻译: